+ANNESS VI Il-prinċipji tal-verifika u l-kontenut tar-rapporti ta’ verifika għall-finijiet tal-Artikolu 8

ANNESS VI Il-prinċipji tal-verifika u l-kontenut tar-rapporti ta’ verifika għall-finijiet tal-Artikolu 8




ANNESS VI

Il-prinċipji tal-verifika u l-kontenut tar-rapporti ta’ verifika għall-finijiet tal-Artikolu 8

1.   IL-PRINĊIPJI TAL-VERIFIKA

Għandhom japplikaw il-prinċipji li ġejjin:

(a) 

il-verifikaturi għandhom iwettqu l-verifiki b’attitudni ta’ xettiċiżmu professjonali;

(b) 

l-emissjonijiet integrati totali li għandhom jiġu ddikjarati fid-dikjarazzjoni CBAM għandhom jitqiesu bħala vverifikati biss jekk il-verifikatur isib b’aċċertament raġonevoli li r-rapport ta’ verifika ma jkunx fih dikjarazzjonijiet skorretti materjali u nonkonformitajiet materjali fir-rigward tal-kalkolu tal-emissjonijiet integrati f’konformità mar-regoli tal-Anness IV;

(c) 

iż-żjarat mill-verifikatur fl-installazzjoni għandhom ikunu obbligatorji ħlief meta jiġu ssodisfati kriterji speċifiċi biex ma ssirx iż-żjara fl-installazzjoni;

(d) 

biex jiddeċiedi jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nonkonformitajiet humiex materjali, il-verifikatur għandu juża s-sollijiet mogħtija mill-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 8(3).

Għall-parametri li għalihom ma huma determinati ebda sollijiet bħal dawn, il-verifikatur għandu juża l-ġudizzju espert dwar jekk dikjarazzjonijiet skorretti jew nonkonformitajiet, individwalment jew meta jiġu aggregati ma’ dikjarazzjonijiet skorretti jew nonkonformitajiet oħra, iġġustifikati mid-daqs u n-natura tagħhom, għandhomx jitqiesu materjali.

2.   IL-KONTENUT TAR-RAPPORT TA’ VERIFIKA

Il-verifikatur għandu jħejji rapport ta’ verifika li jistabbilixxi l-emissjonijiet integrati tal-oġġetti u jispeċifika l-kwistjonijiet kollha rilevanti għall-ħidma mwettqa u li jinkludi, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-identifikazzjoni tal-installazzjonijiet fejn ikunu ġew prodotti l-oġġetti;

(b) 

l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-operatur tal-installazzjonijiet fejn ikunu ġew prodotti l-oġġetti;

(c) 

il-perjodu ta’ rapportar applikabbli;

(d) 

l-isem u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-verifikatur;

(e) 

in-numru tal-akkreditament tal-verifikatur, u l-isem tal-korp ta’ akkreditament;

(f) 

id-data taż-żjarat fl-installazzjonijiet, jekk applikabbli, jew ir-raġunijiet għaliex ma tkunx saret żjara f’installazzjoni;

(g) 

il-kwantitajiet ta’ kull tip ta’ oġġetti ddikjarati prodotti fil-perjodu ta’ rappurtar;

(h) 

il-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet diretti tal-installazzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar;

(i) 

deskrizzjoni dwar kif l-emissjonijiet tal-installazzjoni huma attribwiti għal tipi differenti ta’ oġġetti;

(j) 

informazzjoni kwantitattiva dwar l-oġġetti, l-emissjonijiet u l-flussi tal-enerġija mhux assoċjati ma’ dawk l-oġġetti;

(k) 

fil-każ ta’ oġġetti kumplessi:

(i) 

il-kwantitajiet ta’ kull materjal ta’ input (prekursur) użat;

(ii) 

l-emissjonijiet integrati speċifiċi assoċjati ma’ kull wieħed mill-materjali ta’ input (prekursuri) użati;

▼M1

(iii) 

l-identifikazzjoni tal-installazzjonijiet fejn ikun ġie prodott il-materjal ta’ input (prekursur) u l-emissjonijiet reali mill-produzzjoni ta’ dak il-materjal;

▼B

(l) 

id-dikjarazzjoni tal-verifikatur li tikkonferma li jkun sab b’aċċertament raġonevoli li r-rapport ma jkunx jinkludi dikjarazzjonijiet skorretti materjali u nonkonformitajiet materjali fir-rigward tar-regoli tal-kalkolu tal-Anness IV;

(m) 

informazzjoni dwar dikjarazzjonijiet skorretti materjali misjuba u kkoreġuti;

(n) 

informazzjoni dwar nonkonformitajiet materjali mar-regoli tal-kalkolu stipulati fl-Anness IV, misjuba u kkoreġuti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.