+Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 1 6.
|
Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 1.
|
Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti dwar is-sostenibbiltà, is-sikurezza, it-tikkettar, l-immarkar u l-informazzjoni li jippermettu t-tqegħid ta’ batteriji fis-suq jew fis-servizz fl-Unjoni. Jistabbilixxi wkoll rekwiżiti minimi għar-responsabbiltà estiża tal-produttur, il-ġbir u t-trattament tal-iskart ta’ batteriji u għar-rapportar.
|
|
Artikolu 1 2.
|
Dan ir-Regolament jimponi obbligi ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji fuq l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu l-batteriji fis-suq jew fis-servizz. Jistabbilixxi wkoll rekwiżiti għall-akkwist pubbliku ekoloġiku meta jinxtraw batteriji jew prodotti li fihom ikunu inkorporati l-batteriji.
|
|
Artikolu 1 3.
|
Dan ir-Regolament japplika għall-kategoriji kollha ta’ batteriji, jiġifieri batteriji portabbli, batteriji għall-istartjar, it-tidwil u t-tqabbid (batteriji SLI), batteriji ta’ mezzi ta’ trasport ħfief (batteriji LMT), batteriji ta’ vetturi elettriċi u batteriji industrijali, irrispettivament mill-forma, il-volum, il-piż, id-disinn, il-kompożizzjoni tal-materjal, il-kimika, l-użu jew l-iskop tagħhom. Japplika wkoll għal batteriji li huma inkorporati fi jew miżjuda lil prodotti jew li huma ddisinjati speċifikament biex jiġu inkorporati fi jew miżjuda ma’ prodotti. Għall-finijiet tal-Kapitolu II, meta l-batteriji mqiegħda fis-suq jistgħu jitqiesu li jaqgħu taħt aktar minn kategorija waħda, għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-kategorija li għaliha japplikaw l-aktar rekwiżiti stretti.
|
|
Artikolu 1 4.
|
F’każijiet fejn iċ-ċelluli tal-batteriji jew il-moduli tal-batteriji jsiru disponibbli fis-suq għall-użu finali, mingħajr ebda inkorporazzjoni jew assemblaġġ ulterjuri f’pakketti tal-batteriji jew batteriji akbar, dawn għandhom jitqiesu li tqiegħdu fis-suq bħala batteriji għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, u għandhom japplikaw ir-rekwiżiti għall-aktar kategorija ta’ batteriji simili. F’każijiet fejn jista’ jitqies li tali ċelluli tal-batteriji jew moduli tal-batteriji jaqgħu taħt aktar minn kategorija waħda ta’ batteriji, għandhom jitqiesu li jaqgħu taħt il-kategorija li għaliha japplikaw l-aktar rekwiżiti stretti.
|
|
Artikolu 1 5.
|
Dan ir-Regolament ma japplikax għal batteriji li huma inkorporati fi jew li huma iddisinjati speċifikament biex ikunu inkorporati:
(a)
f’tagħmir konness mal-protezzjoni tal-interessi tas-sigurtà essenzjali, l-armi, il-munizzjon u l-materjal tal-gwerra tal-Istati Membri, bl-esklużjoni ta’ prodotti li mhumiex maħsuba għal skopijiet speċifikament militari; u
(b)
f’tagħmir iddisinjat biex jintbagħat fl-ispazju.
|
|
Artikolu 1 6.
|
Il-Kapitoli III u IX ta’ dan ir-Regolament ma japplikawx għal tagħmir iddisinjat speċifikament għas-sikurezza ta’ installazzjonijiet nukleari, kif definit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom (
1
).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|