+Artikolu 45 Obbligi tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq jew li jqiegħdu fis-servizz batteriji li kienu soġġetti għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid
---+Artikolu 45 1.
---+Artikolu 45 2.
|
Artikolu 45 Obbligi tal-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq jew li jqiegħdu fis-servizz batteriji li kienu soġġetti għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti jew manifattura mill-ġdid
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45 1.
|
L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq jew fis-servizz batteriji li kienu soġġetti għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, l-adattament għal skop differenti, jew għall-manifattura mill-ġdid għandhom jiżguraw li l-eżami, l-ittestjar tal-prestazzjoni, l-imballaġġ u l-vjeġġ ta’ dawk il-batteriji, u tal-komponenti ta’ tali batteriji soġġetti għal kwalunkwe waħda minn dawk l-operazzjonijiet, jitwettqu skont kontroll tal-kwalità adegwat u struzzjonijiet tas-sikurezza.
|
|
Artikolu 45 2.
|
L-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu fis-suq jew fis-servizz batteriji li jkunu ġew soġġetti għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid, għall-preparazzjoni għall-adattament għal skop differenti, l-adattament għal skop differenti, għall-manifattura mill-ġdid, għandhom jiżguraw li l-batterija tikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, ma’ kwalunkwe rekwiżit rilevanti tal-prodott, tal-ambjent, tas-saħħa tal-bniedem u tas-sikurezza tat-trasport f’liġi oħra tal-Unjoni, b’kont meħud tal-fatt li, b’riżultat ta’ dawk l-operazzjonijiet, il-batterija tista’ taqa’ taħt kategorija differenti ta’ batteriji. Għall-operazzjonijiet ta’ manifattura mill-ġdid, tali operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu, fuq talba, lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bid-dokumentazzjoni meħtieġa biex juru li l-batterija kienet soġġetta għall-manifattura mill-ġdid f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|