|
+Artikolu 49 1. |
Artikolu 49 1.Kull operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1) għandu:
(a)
jadotta, u jikkomunika b’mod ċar lill-fornituri u lill-pubbliku, politika ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji tal-kumpanija, fir-rigward tal-materja prima elenkata fil-punt 1 tal-Anness X, u l-kategoriji ta’ riskju soċjali u ambjentali assoċjati elenkati fil-punt 2 tal-Anness X;
(b)
jinkorpora fil-politika tad-diliġenza dovuta tal-batteriji tiegħu standards li huma konsistenti mal-istandards stipulati fl-istrumenti ta’ diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment elenkati fil-punt 4 tal-Anness X;
(c)
jistruttura s-sistema ta’ ġestjoni interna tiegħu biex jappoġġa l-politika ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji tiegħu billi jassenja r-responsabbiltà lill-ogħla livell maniġerjali tiegħu biex jissorvelja l-politika ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji tiegħu kif ukoll iżomm rekords ta’ dik is-sistema għal minimu ta’ 10 snin;
(d)
jistabbilixxi u jħaddem sistema ta’ kontrolli u trasparenza fir-rigward tal-katina tal-provvista, inkluż katina ta’ kustodja jew sistema ta’ traċċabbiltà li tidentifika atturi upstream fil-katina tal-provvista;
(e)
jinkorpora l-politika tad-diliġenza dovuta tal-batteriji tiegħu, inklużi miżuri tal-ġestjoni tar-riskju, f’kuntratti u ftehimiet mal-fornituri; u
(f)
jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ lmentar, inkluż sistema ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji ta’ twissija bikrija u mekkaniżmu ta’ rimedju, jew jipprovdi għal tali mekkaniżmi permezz ta’ ftehimiet kollaborattivi ma’ operaturi jew organizzazzjonijiet ekonomiċi oħra jew billi jiffaċilita r-rikors għal espert jew korp estern, bħal ombudsman; tali mekkaniżmi għandhom ikunu bbażati fuq il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|