+Artikolu 52 Divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar politiki ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 52 4.
|
Artikolu 52 Divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar politiki ta’ diliġenza dovuta tal-batteriji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 52 1.
|
L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1) għandu jagħmel disponibbli fuq talba lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri r-rapport ta’ verifika u d-deċiżjoni ta’ approvazzjoni maħruġa f’konformità mal-Artikolu 51, ir-rapporti tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 48(2) u l-evidenza disponibbli ta’ konformità ma’ skema ta’ diliġenza dovuta rikonoxxuta mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 53.
|
|
Artikolu 52 2.
|
L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1) għandu jagħmel disponibbli għax-xerrejja downstream diretti tiegħu l-informazzjoni rilevanti kollha miksuba u miżmuma skont il-politika tad-diliġenza dovuta tal-batteriji tiegħu, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u għal tħassib ieħor dwar il-kompetizzjoni.
|
|
Artikolu 52 3.
|
L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1) għandu fuq bażi annwali jirrieżamina u jagħmel disponibbli pubblikament, inkluż fuq l-Internet, rapport dwar il-politika tad-diliġenza dovuta tal-batteriji tiegħu. Dak ir-rapport għandu jkun fih, b’mod li jinftiehem faċilment mill-utenti finali u li jidentifika l-batteriji kkonċernati b’mod ċar, id-data u l-informazzjoni dwar il-passi meħuda minn dak l-operatur ekonomiku biex jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 49 u 50, inkluż is-sejbiet ta’ impatti negattivi sinifikanti fil-kategoriji ta’ riskju elenkati fil-punt 2 tal-Anness X, u kif dawn ġew indirizzati, kif ukoll rapport sommarju tal-verifiki minn partijiet terzi mwettqa f’konformità mal-Artikolu 51, inkluż l-isem tal-korp innotifikat, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u għal tħassib ieħor dwar il-kompetizzjoni. Dak ir-rapport għandu jkopri wkoll, fejn rilevanti, l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali fir-rigward tal-akkwist, l-ipproċessar u l-kummerċ tal-materja prima preżenti fil-batteriji.
|
|
Artikolu 52 4.
|
Fejn l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 48(1) jista’ juri li l-materja prima elenkata fil-punt 1 tal-Anness X, li hija preżenti fil-batterija ġiet derivata minn sorsi riċiklati, huwa għandu jiżvela l-konklużjonijiet tiegħu pubblikament f’dettall raġonevoli, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-kunfidenzjalità tan-negozju u għal tħassib ieħor dwar il-kompetittività.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|