|
+Artikolu 77 9. |
Artikolu 77 9.Sat-18 ta’ Awwissu 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw liema persuni għandhom jitqiesu bħala persuni b’interess leġittimu kif imsemmi fil-punti 2 u 4 rispettivament tal-Anness XIII għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu u għal liema informazzjoni elenkata f’dawk il-punti għandu jkollhom aċċess, u sa liema punt jistgħu jniżżlu, jikkondividu, jippubblikaw u jużaw mill-ġdid dik l-informazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3). Il-kriterji biex jiġu speċifikati l-persuni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (c), u biex jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jniżżlu, jikkondividu, jippubblikaw u jużaw mill-ġdid l-informazzjoni msemmija fil-punti 2 u 4 tal-Anness XIII għandhom ikunu dawn li ġejjin:
(a)
il-ħtieġa li jkun hemm tali informazzjoni sabiex jiġu evalwati l-istatus u l-valur residwu tal-batterija u l-kapaċità tagħha għal użu ulterjuri;
(b)
il-ħtieġa li jkun hemm tali informazzjoni għall-fini ta’ preparazzjoni għal użu mill-ġdid, preparazzjoni għal adattament għal skop differenti, adattament għal skop differenti, manifattura mill-ġdid jew riċiklaġġ tal-batterija, jew għall-għażla bejn dawk l-operazzjonijiet;
(c)
il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-aċċess u l-ipproċessar tal-informazzjoni fil-passaport tal-batteriji li tkun kummerċjalment sensittiva jkunu limitati għall-minimu neċessarju f’konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|