|
+Artikolu 83 1. |
Artikolu 83 1.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 79, fejn Stat Membru jasal għal waħda mis-sejbiet li ġejjin, huwa għandu jirrikjedi li l-operatur ekonomiku rilevanti jtemm in-nuqqas ta’ konformità kkonċernat:
(a)
il-markatura CE tkun twaħħlet bi ksur tal-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 jew tal-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament;
(b)
il-markatura CE ma tkunx twaħħlet;
(c)
in-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp innotifikat, fejn meħtieġ skont l-Anness VIII, ikun twaħħal bi ksur tal-Artikolu 20 jew ma jkunx twaħħal;
(d)
id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE ma tkunx tfasslet jew ma tkunx tfasslet b’mod korrett;
(e)
id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Anness VIII jew ma tkunx disponibbli, jew inkella ma tkunx kompluta;
(f)
l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 38(7) jew fl-Artikolu 41(3) tkun nieqsa, falza jew mhux kompluta;
(g)
kwalunkwe rekwiżit amministrattiv ieħor previst fl-Artikolu 38 jew 41 ma ġiex issodisfat; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|