|
+ANNESS III |
ANNESS III
ANNESS III PARAMETRI TAL-PRESTAZZJONI ELETTROKIMIKA U TAD-DURABBILTÀ GĦAL BATTERIJI PORTABBLI TA’ UŻU ĠENERALI Parti A Parametri għal batteriji mhux rikarikabbli 1. Id-durata medja minima: il-ħin minimu medju li ntlaħaq minn kampjun ta’ batteriji mal-iskarika meta jintużaw taħt kondizzjonijiet speċifiċi, bħat-temperatura u l-umdità relattiva. 2. Prestazzjoni ta’ skarika mdewma:, it-tnaqqis relattiv tad-durata medja minima, bid-durata medja minima mkejla fil-bidu bħala l-punt ta’ referenza, wara perjodu definit u taħt kondizzjonijiet speċifiċi, bħat-temperatura u l-umdità relattiva. 3. Ir-reżistenza għat-tnixxija: ir-reżistenza għall-ħruġ mhux ippjanat ta’ elettroliti, gass jew materjal ieħor. Parti B Parametri għal batteriji rikarikabbli 1. Il-kapaċità attribwita: il-valur tal-kapaċità ta’ batterija, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, bħat-temperatura u l-umdità relattiva, u ddikjarat mill-manifattur. 2. Iż-żamma (kapaċità) ( 7 ) taċ-ċarġ: il-kapaċità li batterija tista’ taħdem wara l-ħżin, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, bħat-temperatura u l-umdità relattiva, għal żmien speċifiku, mingħajr iċċarġjar mill-ġdid sussegwenti u espressa bħala perċentwal tal-kapaċità attribwita. 3. L-irkupru (kapaċità) taċ-ċarġ: il-kapaċità li batterija tista’ taħdem b’iċċarġjar mill-ġdid sussegwenti wara l-ħżin, taħt kundizzjonijiet speċifiċi bħat-temperatura u l-umdità, għal żmien speċifiku u espressa bħala perċentwal tal-kapaċità attribwita. 4. Reżistenza f’ċikli: l-għadd ta’ ċikli ta’ ċarġ u ta’ skarika li batterija tista’ twettaq taħt kundizzjonijiet speċifiċi, bħat-temperatura u l-umdità relattiva, qabel ma l-kapaċità taqa’ taħt frazzjoni speċifikata tal-kapaċità attribwita. 5. Ir-reżistenza għat-tnixxija: ir-reżistenza għall-ħruġ mhux ippjanat ta’ elettroliti, gass jew materjal ieħor. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|