+ANNESS IV

ANNESS IV




ANNESS IV

REKWIŻITI TA’ PRESTAZZJONI ELETTROKIMIKA U TA’ DURABBILTÀ GĦAL BATTERIJI LMT, BATTERIJI INDUSTRIJALI B’KAPAĊITÀ AKBAR MINN 2 KWH U BATTERIJI TAL-VETTURI ELETTRIĊI

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“Kapaċità attribwita” tfisser l-għadd totali ta’ sigħat ampere (Ah) li jistgħu jittieħdu minn batterija kompletament iċċarġjata taħt kundizzjonijiet ta’ referenza.

(2) 

“Tbaxxija tal-kapaċità” tfisser it-tnaqqis matul iż-żmien u mal-użu tal-ammont ta’ ċarġ li batterija tista’ tforni bil-vultaġġ attribwit, fir-rigward tal-kapaċità attribwita oriġinali.

(3) 

“Potenza” tfisser l-ammont ta’ enerġija li batterija hija kapaċi tipprovdi matul perjodu speċifikat taħt kundizzjonijiet ta’ referenza.

(4) 

“Tbaxxija tal-potenza” tfisser it-tnaqqis tul iż-żmien u mal-użu fl-ammont ta’ potenza li batterija tista’ tforni bil-vultaġġ attribwit.

(5) 

“Reżistenza interna” tfisser l-oppożizzjoni għall-fluss tal-kurrent ġewwa ċellula jew batterija taħt ċerti kundizzjonijiet, jiġifieri, it-total tar-reżistenza elettronika u r-reżistenza jonika għall-kontribut għar-reżistenza effettiva totali inkluż il-proprjetajiet induttivi/kapaċitattivi.

(6) 

“Effiċjenza enerġetika taċ-ċiklu sħiħ” tfisser il-proporzjon tal-enerġija netta fornuta minn batterija waqt test ta’ skarika mal-enerġija totali meħtieġa biex l-istat taċ-ċarġ inizjali jiġi rrestawrat permezz ta’ ċarġ standard.

Parti A

Parametri relatati mal-prestazzjoni elettrokimika u d-durabbiltà

1. Il-kapaċità attribwita (f’Ah) u t-tbaxxija tal-kapaċità (f’%).

2. Il-potenza (f’W) u t-tbaxxija tal-potenza (f’%).

3. Ir-reżistenza interna (f’Ω) u ż-żieda fir-reżistenza interna (f’%).

4. Fejn applikabbli, l-effiċjenza enerġetika taċ-ċiklu sħiħ u t-tbaxxija tagħha (f’%).

5. It-tul tal-ħajja mistenni tal-batterija taħt il-kundizzjonijiet ta’ referenza li tkun ġiet iddisinjata għalihom f’termini ta’ ċikli, ħlief għal applikazzjonijiet mhux ċikliċi, u snin kalendarji.

Parti B

Elementi biex jiġi spjegat il-kejl għall-parametri elenkati fil-Parti A

1. Ir-rata tal-iskarika u r-rata taċ-ċarġ applikati.

2. Il-proporzjon bejn il-potenza nominali tal-batterija (W) u l-enerġija tal-batterija (Wh).

3. Il-profondità tal-iskarika fit-test tal-ħajja taċ-ċiklu.

4. Il-kapaċità f’termini ta’ potenza fi stat ta’ ċarġ ta’ 80 % u 20 %.

5. Kwalunkwe kalkolu mwettaq bil-parametri mkejla, jekk applikabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.