|
+ANNESS X |
ANNESS X
ANNESS X LISTA TAL-MATERJA PRIMA U L-KATEGORIJI TA’ RISKJU 1. Materja prima:
(a)
kobalt;
(b)
grafit naturali;
(c)
litju;
(d)
nikil;
(e)
komposti kimiċi bbażati fuq il-materja prima elenkata fil-punti (a) sa (d), li huma meħtieġa għall-manifattura tal-materjali attivi tal-batteriji. 2. Kategoriji ta’ riskju soċjali u ambjentali:
(a)
l-ambjent, il-klima u s-saħħa tal-bniedem, meta jitqiesu l-effetti diretti, indotti, indiretti u kumulattivi, inklużi:
(i)
l-arja, inkluż it-tniġġis tal-arja, bħall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra,
(ii)
l-ilma, inkluż qiegħ il-baħar u l-ambjent tal-baħar, u inkluż it-tniġġis tal-ilma, l-użu tal-ilma, il-kwantitajiet tal-ilma (għargħar jew pixkiet) u l-aċċess għall-ilma,
(iii)
il-ħamrija, inkluż it-tniġġis tal-ħamrija, l-erożjoni tal-ħamrija, l-użu tal-art u d-degradazzjoni tal-art,
(iv)
il-bijodiversità, inkluż il-ħsara lill-ħabitats, il-fawna selvaġġa, il-flora u l-ekosistemi, inkluż is-servizzi tal-ekosistema,
(v)
sustanzi perikolużi,
(vi)
ħsejjes u vibrazzjonijiet,
(vii)
is-sikurezza tal-pjanti,
(viii)
l-użu tal-enerġija,
(ix)
l-iskart u r-residwi;
(b)
id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-ħaddiema u r-relazzjonijiet industrijali, inklużi:
(i)
is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol,
(ii)
it-tħaddim tat-tfal,
(iii)
ix-xogħol furzat,
(iv)
id-diskriminazzjoni,
(v)
il-libertajiet tat-trade unions;
(c)
il-ħajja komunitarja, inkluża dik tal-popli indiġeni. 3. L-istrumenti internazzjonali li jkopru r-riskji msemmija fil-punt 2 jinkludu:
(a)
l-Għaxar Prinċipji tal-Patt Globali tan-Nazzjonijiet Uniti;
(b)
il-Linji gwida tal-UNEP għall-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja tal-Prodotti;
(c)
il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, b’mod partikolari d-Deċiżjoni COP VIII/28 - Linji gwida volontarji dwar l-inklużjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-Bijodiversità fil-valutazzjoni tal-impatt;
(d)
il-Ftehim ta’ Pariġi tan-NU;
(e)
it-tmien Konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO kif definiti fid-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol;
(f)
kwalunkwe konvenzjoni ambjentali internazzjonali oħra li torbot lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha;
(g)
id-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol;
(h)
il-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali. 4. L-istrumenti ta’ diliġenza dovuta rikonoxxuti internazzjonalment u applikabbli għar-rekwiżiti ta’ diliġenza dovuta stipulati fil-Kapitolu VII ta’ dan ir-Regolament:
(a)
il-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali;
(b)
il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;
(c)
il-Linji gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali;
(d)
id-Dikjarazzjoni Tripartitika tal-ILO dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali;
(e)
il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju;
(f)
il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta’ Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u ta’ Riskju Għoli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|