+Artikolu 6 Miri għall-infrastruttura tar-riforniment tal-idroġenu tal-vetturi tat-triq
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
---+Artikolu 6 5.

Artikolu 6 Miri għall-infrastruttura tar-riforniment tal-idroġenu tal-vetturi tat-triq

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fit-territorju tagħhom, jiġi varat għadd minimu ta’ stazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku sal-31 ta’ Diċembru 2030.

Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li sal-31 ta’ Diċembru 2030, stazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku ddisinjati sabiex jippermettu kapaċità kumulattiva minima ta’ tunnellata waħda kuljum u mgħammra b’distributur ta’ mill-inqas 700 bar, jiġu varati b’distanza massima ta’ 200 km bejniethom tul in-network ewlieni TEN-T.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sal-31 ta’ Diċembru 2030, jiġi varat mill-inqas stazzjon wieħed ta’ riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku f’kull nodu urban. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq analiżi biex jiġi ddeterminat l-aħjar post għal tali stazzjonijiet tar-riforniment u li l-analiżi teżamina b’mod partikolari l-varar ta’ tali stazzjonijiet ta’ riforniment f’hubs multimodali fejn jistgħu jiġu fornuti wkoll modi oħra ta’ trasport.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu fl-oqfsa ta’ politika nazzjonali tagħhom trajettorja lineari ċara lejn l-ilħuq tal-miri tal-2030, flimkien ma’ mira indikattiva ċara għall-2027 li tipprovdi kopertura suffiċjenti tan-network ewlieni TEN-T bil-ħsieb li jiġu ssodisfati d-domandi tas-suq li qed jiżviluppaw.

Artikolu 6 2.
L-Istati Membri ġirien għandhom jiżguraw li d-distanza massima msemmija fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, ma tinqabiżx għat-taqsimiet transfruntiera tan-network ewlieni TEN-T.
Artikolu 6 3.
L-operatur ta’ stazzjon ta’ riforniment aċċessibbli għall-pubbliku jew, fejn l-operatur ma jkunx is-sid, is-sid ta’ dak l-istazzjon f’konformità mal-arranġamenti bejniethom, għandu jiżgura li l-istazzjon ikun iddiżinjat biex iforni vetturi ħfief u tqal.
Artikolu 6 4.
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tul it-toroq tan-network TEN-T b’medja annwali totali ta’ traffiku ta’ kuljum ta’ inqas minn 2 000 vettura tqila u meta l-varar tal-infrastruttura ma jistax jiġi ġġustifikat f’termini ta’ kostijiet-benefiċċji soċjoekonomiċi, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu, sa massimu ta’ 50 %, il-kapaċità ta’ stazzjon tar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku meħtieġa skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti f’dak il-paragrafu f’termini tad-distanza massima bejn l-stazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu u l-pressjoni tad-distributuri. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe każ li fih ikunu għamlu użu mid-deroga msemmija f’dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jirrieżaminaw dawk il-każijiet kull sentejn bħala parti mir-rappurtar nazzjonali dwar il-progress imsemmi fl-Artikolu 15.
Artikolu 6 5.

B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jekk il-kostijiet tal-varar tal-infrastruttura jkunu sproporzjonati għall-benefiċċji, inklużi l-benefiċċji ambjentali, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(a) 

għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE; jew

(b) 

għall-gżejjer li jidħlu fid-definizzjoni ta’ sistemi żgħar konnessi jew sistemi żgħar iżolati skont id-Direttiva (UE) 2019/944.

F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni u għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni kollha rilevanti fl-oqfsa ta’ politika nazzjonali tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.