+Artikolu 7 1.

Artikolu 7 1.

L-operaturi tal-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu għandhom, fil-punti tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku mħaddma minnhom, jipprovdu lill-utenti finali bil-possibbiltà ta’ riforniment fuq bażi ad hoc.

Ir-riforniment ad hoc għandu jkun possibbli fil-punti kollha ta’ riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku bl-użu ta’ strument ta’ pagament li jintuża b’mod wiesa’ fl-Unjoni. Għal dak il-għan, l-operaturi ta’ dawk il-punti għandhom jaċċettaw pagamenti elettroniċi permezz ta’ terminals u apparati użati għal servizzi ta’ pagament, inkluż mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

tagħmir li jaqra l-kards tal-pagament;

(b) 

apparati b’funzjonalità mingħajr kuntatt li mill-inqas ikunu kapaċi jaqraw il-kards tal-pagament.

Għal punti tar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku varati wara t-13 ta’ April 2024, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw mill-varar tagħhom. Għal punti tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku varati qabel it-13 ta’ April 2024, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw mill-14 ta’ Ottubru 2024.

Meta l-operatur tal-punt tar-riforniment tal-idroġenu ma jkunx is-sid ta’ dak il-punt, is-sid għandu jagħmel disponibbli lill-operatur, f’konformità mal-arranġamenti bejniethom, punti tar-riforniment tal-idroġenu bil-karatteristiki tekniċi li jippermettu lill-operatur jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.