+Artikolu 7 Infrastruttura tar-riforniment tal-idroġenu
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.

Artikolu 7 Infrastruttura tar-riforniment tal-idroġenu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
L-operaturi tal-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu għandhom, fil-punti tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku mħaddma minnhom, jipprovdu lill-utenti finali bil-possibbiltà ta’ riforniment fuq bażi ad hoc.

Ir-riforniment ad hoc għandu jkun possibbli fil-punti kollha ta’ riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku bl-użu ta’ strument ta’ pagament li jintuża b’mod wiesa’ fl-Unjoni. Għal dak il-għan, l-operaturi ta’ dawk il-punti għandhom jaċċettaw pagamenti elettroniċi permezz ta’ terminals u apparati użati għal servizzi ta’ pagament, inkluż mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

tagħmir li jaqra l-kards tal-pagament;

(b) 

apparati b’funzjonalità mingħajr kuntatt li mill-inqas ikunu kapaċi jaqraw il-kards tal-pagament.

Għal punti tar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku varati wara t-13 ta’ April 2024, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw mill-varar tagħhom. Għal punti tar-riforniment aċċessibbli għall-pubbliku varati qabel it-13 ta’ April 2024, ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom japplikaw mill-14 ta’ Ottubru 2024.

Meta l-operatur tal-punt tar-riforniment tal-idroġenu ma jkunx is-sid ta’ dak il-punt, is-sid għandu jagħmel disponibbli lill-operatur, f’konformità mal-arranġamenti bejniethom, punti tar-riforniment tal-idroġenu bil-karatteristiki tekniċi li jippermettu lill-operatur jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan il-paragrafu.

Artikolu 7 2.
Il-prezzijiet iċċarġjati mill-operaturi ta’ punti tar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku għandhom ikunu raġonevoli, jistgħu jitqabblu b’mod faċli u ċar, trasparenti u mhux diskriminatorji. L-operaturi ta’ punti tar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku ma għandhomx jiddiskriminaw permezz tal-prezzijiet iċċarġjati, bejn l-utenti finali u l-fornituri ta’ servizzi ta’ mobbiltà, jew bejn il-fornituri differenti ta’ servizzi ta’ mobbiltà. Madankollu, il-livell tal-prezzijiet jista’ jiġi ddifferenzjat, iżda biss jekk id-differenzjar ikun oġġettivamentġustifikat.
Artikolu 7 3.
L-operaturi ta’ punti tar-riforniment tal-idroġenu għandhom juru b’mod ċar l-informazzjoni dwar il-prezz ad hoc għal kull kg f’dawk l-istazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku mħaddma minnhom, sabiex dik l-informazzjoni tkun magħrufa mill-utenti finali qabel ma jibdew sessjoni ta’ riforniment u sabiex jiġi ffaċilitat it-tqabbil tal-prezzijiet.
Artikolu 7 4.
L-operaturi ta’ stazzjonijiet tar-riforniment tal-idroġenu aċċessibbli għall-pubbliku jistgħu jipprovdu servizzi ta’ riforniment tal-idroġenu lill-klijenti fuq bażi kuntrattwali, inkluż fl-isem u fl-interess ta’ fornituri oħra ta’ servizzi ta’ mobbiltà. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ mobbiltà għandhom jiċċarġjaw prezzijiet lill-utenti finali li huma raġonevoli, trasparenti u mhux diskriminatorji. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ mobbiltà għandhom jagħmlu disponibbli għall-utenti finali l-informazzjoni kollha dwar il-prezzijiet speċifiċi għas-sessjoni ta’ riforniment maħsuba tagħhom, qabel ma din tibda, permezz ta’ mezzi elettroniċi disponibbli mingħajr ħlas u b’appoġġ wiesa’, li tiddistingwi b’mod ċar il-komponenti kollha tal-prezz iċċarġjat mill-operatur tal-punt tar-riforniment tal-idroġenu, inklużi l-kostijiet applikabbli tar-roaming elettroniku u tariffi jew ħlasijiet oħra applikati minnhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.