+Artikolu 12 Miri għall-provvista tal-elettriku lil inġenji tal-ajru stazzjonarji
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
|
Artikolu 12 Miri għall-provvista tal-elettriku lil inġenji tal-ajru stazzjonarji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-ajruporti kollha tan-network ewlieni TEN-T u tan-network komprensiv TEN-T, il-forniment tal-provvista tal-elettriku lill-inġenji tal-ajru stazzjonarji jkun żgurat kif ġej:
(a)
sal-31 ta’ Diċembru 2024, fl-istands ta’ kuntatt għall-inġenji tal-ajru kollha użati għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru biex jimbarkaw jew jiżbarkaw il-passiġġieri jew biex jgħabbu jew iħottu merkanzija;
(b)
sal-31 ta’ Diċembru 2029, fl-istands remoti għall-inġenji tal-ajru kollha użati għal operazzjonijiet kummerċjali tat-trasport bl-ajru biex jimbarkaw jew jiżbarkaw il-passiġġieri jew biex jgħabbu jew iħottu merkanzija.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-ajruporti tan-network TEN-T, b’inqas minn 10 000 moviment ta’ titjiriet kummerċjali fis-sena, ikkalkolati bħala medja fuq l-aħħar tliet snin, mill-obbligu li jipprovdu elettriku lill-inġenji tal-ajru stazzjonarji fl-istands remoti għall-inġenji tal-ajru kollha.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal stands speċifikament maħsuba għat-tneħħija tas-silġ, stands f’żoni militari ddeżinjati u stands speċifikament intiżi għal inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ġenerali b’piż massimu waqt il-qtugħ mill-art ta’ inqas minn 5,7 tunnellata.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2030, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-elettriku fornut skont il-paragrafu 1 joriġina mill-grilja tal-elettriku jew jiġi ġġenerat fuq il-post mingħajr l-użu ta’ fjuwils fossili.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|