+Artikolu 15 Rappurtar nazzjonali
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
|
Artikolu 15 Rappurtar nazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Sal-31 ta’ Diċembru 2027 u kull sentejn wara dan, kull Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapport nazzjonali awtonomu dwar il-progress rigward l-implimentazzjoni tal-qafas ta’ politika nazzjonali tiegħu. Ir-rapport għandu jiġi abbozzat f’forma li tinqara u tinftiehem faċilment u għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mill-Kummissjoni.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Ir-rapport nazzjonali dwar il-progress għandu jkopri l-informazzjoni elenkata fl-Anness I u għandu, fejn xieraq, jinkludi ġustifikazzjoni rilevanti dwar il-livell tal-kisba tal-miri u l-objettivi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 14(2), kif ukoll indikazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu biex jinkisbu dawk il-miri u l-objettivi fil-futur.
|
|
Artikolu 15 3.
|
Sat-30 ta’ Ġunju 2024 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw kif il-varar u l-operazzjoni tal-punti tal-irriċarġjar jistgħu jippermettu lill-vetturi elettriċi jikkontribwixxu aktar għall-flessibbiltà tas-sistema tal-enerġija, inkluża l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tal-ibbilanċjar, u għall-assorbiment ulterjuri tal-elettriku rinnovabbli. Dik il-valutazzjoni għandha tqis it-tipi kollha ta’ punti tal-irriċarġjar, inklużi dawk li joffru rriċċarġjar intelliġenti u bidirezzjonali u l-potenza tal-outputs kollha, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u tipprovdi rakkomandazzjonijiet dwar it-tip ta’ punt tal-irriċarġjar, it-teknoloġija ta’ appoġġ u d-distribuzzjoni ġeografika sabiex tiġi ffaċilitata l-kapaċità tal-utenti li jintegraw il-vetturi elettriċi tagħhom fis-sistema. Dik il-valutazzjoni għandha tidentifika miżuri xierqa li għandhom jiġu implimentati sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament inklużi dawk biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-ippjanar tal-infrastruttura mal-ippjanar tal-grilja korrispondenti. Dik il-valutazzjoni għandha tqis il-kontribut mill-partijiet ikkonċernati kollha u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. Kull Stat Membru jista’ jitlob lill-awtorità regolatorja biex twettaq dik il-valutazzjoni. Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni, l-Istati Membri għandhom, jekk ikun meħtieġ, jieħdu l-miżuri xierqa għall-varar ta’ punti addizzjonali tal-irriċarġjar u jinkludu dawk il-miżuri fir-rapporti nazzjonali dwar il-progress imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-valutazzjoni u l-miżuri għandhom jitqiesu mill-operaturi tas-sistema fil-pjanijiet ta’ żvilupp tan-network imsemmija fl-Artikolu 32(3) u fl-Artikolu 51 tad-Direttiva (UE) 2019/944.
|
|
Artikolu 15 4.
|
Abbażi tal-input mill-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u mill-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni, l-awtorità regolatorja ta’ kull Stat Membru għandha tivvaluta, sat-30 ta’ Ġunju 2024 u kull tliet snin wara dan, il-kontribut potenzjali tal-irriċarġjar bidirezzjonali għat-tnaqqis tal-kostijiet tal-utent u tas-sistema u għaż-żieda tas-sehem tal-elettriku rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku. Dik il-valutazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni, l-Istati Membri għandhom, jekk ikun meħtieġ, jieħdu l-miżuri xierqa biex jaġġustaw id-disponibbiltà u d-distribuzzjoni ġeografika tal-punti tal-irriċarġjar bidirezzjonali f’żoni privati u jinkluduhom fir-rapporti nazzjonali dwar il-progress imsemmija fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|