+Artikolu 21 Speċifikazzjonijiet tekniċi komuni
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 5.
---+Artikolu 21 6.

Artikolu 21 Speċifikazzjonijiet tekniċi komuni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw.
Artikolu 21 2.
F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni jabbozzaw standards Ewropej li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi għall-oqsma msemmija fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament li għalihom ma ġiet adottata l-ebda speċifikazzjoni teknika komuni mill-Kummissjoni.
Artikolu 21 3.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 biex:

(a) 

temenda l-Anness II billi tintroduċi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-oqsma elenkati f’dak l-Anness biex tippermetti l-interoperabbiltà teknika sħiħa tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment f’termini ta’ konnessjonijiet fiżiċi, skambji ta’ komunikazzjoni u aċċess għal persuni b’mobbiltà mnaqqsa għal dawk l-oqsma; u

(b) 

mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-adozzjoni tal-istandards rilevanti, temenda l-Anness II billi taġġorna r-referenzi għall-istandards imsemmija fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 21 4.
Fejn l-atti delegati msemmija fil-paragrafu 3 se japplikaw għal infrastrutturi eżistenti, dawk l-atti delegati għandhom ikunu bbażati fuq analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji li għandha tiġi ppreżentata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma’ dawk l-atti delegati.
Artikolu 21 5.
Fejn standards Ewropej li jistabbilixxu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ fjuwil jiġu żviluppati wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 19(4), it-tieni subparagrafu, u dawn jinkludu dispożizzjonijiet li jirrikjedu li t-tikkettar jindika l-konformità mal-istandards ikkonċernati u jirreferu għal espressjoni grafika, inklużi skemi ta’ kodifikazzjoni bil-kuluri, l-emendi tal-Anness II adottati mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu indikazzjoni ta’ liema minn dawk l-istandards jew l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom japplikaw u, fejn xieraq, jitħassru l-atti ta’ implimentazzjoni rilevanti.
Artikolu 21 6.
L-emendi tal-Anness II adottati mill-atti delegati msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu perjodi tranżizzjonali raġonevoli għal kwalunkwe speċifikazzjoni teknika li dawk l-atti delegati jintroduċu jew jemendaw, li matulhom ma għandhomx ikunu vinkolanti fir-rigward tal-infrastruttura kkonċernata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1804
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.