|
+Artikolu 2 2 |
Artikolu 2 22. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu lista ta’ portijiet tat-trażbord tal-kontejners ġirien. Il-Kummissjoni għandha taġġorna dik il-lista sal-31 ta’ Diċembru kull sentejn wara. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jelenkaw port bħala port tat-trażbord tal-kontejners ġar fejn is-sehem tat-trażbord tal-kontejners, imkejjel f’unitajiet ekwivalenti ta’ 20 pied, jaqbeż il-65 % tat-traffiku totali tal-kontejners ta’ dak il-port matul l-aktar perjodu reċenti ta’ 12-il xahar li għalih tkun disponibbli data rilevanti u fejn dak il-port ikun jinsab barra mill-Unjoni iżda inqas minn 300 mil nawtiku minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru. Għall-fini ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-kontejners għandhom jitqiesu li jkunu trażbordati meta jinħattu minn bastiment għall-port għall-iskop uniku li jitgħabbew fuq bastiment ieħor. Il-lista tal-portijiet tat-trażbord tal-kontejners ġirien stabbilita mill-Kummissjoni ma għandhiex tinkludi portijiet li jinsabu f’pajjiż terz li għalih dak il-pajjiż terz japplika b’mod effettiv miżuri ekwivalenti għal dan ir-Regolament. L-atti ta’ implimentazzjoni imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|