+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
---+Artikolu 2 4
---+Artikolu 2 5
---+Artikolu 2 6
---+Artikolu 2 7
|
Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1
|
1. Dan ir-Regolament japplika għall-bastimenti kollha b’tunnellaġġ gross ta’ 5 000 li l-iskop tagħhom hu li jittrasportaw passiġġieri jew merkanzija għal skopijiet kummerċjali, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, fir-rigward ta’:
|
(a)
|
l-enerġija użata matul is-soġġorn tagħhom f’port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;
|
|
(b)
|
l-enerġija kollha użata fuq vjaġġi minn port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru lejn port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;
|
|
(c)
|
minkejja l-punt (b), nofs l-enerġija użata fuq vjaġġi li jaslu fi jew jitilqu minn port tal-waqfa li jinsab f’reġjun ultraperiferiku taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru; u
|
|
(d)
|
nofs l-enerġija li użata fuq vjaġġi li jaslu fi jew jitilqu minn ‘port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, fejn il-port tal-waqfa preċedenti jew dak sussegwenti jkun taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiż terz.
|
|
|
Artikolu 2 2
|
2. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu lista ta’ portijiet tat-trażbord tal-kontejners ġirien. Il-Kummissjoni għandha taġġorna dik il-lista sal-31 ta’ Diċembru kull sentejn wara.
L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jelenkaw port bħala port tat-trażbord tal-kontejners ġar fejn is-sehem tat-trażbord tal-kontejners, imkejjel f’unitajiet ekwivalenti ta’ 20 pied, jaqbeż il-65 % tat-traffiku totali tal-kontejners ta’ dak il-port matul l-aktar perjodu reċenti ta’ 12-il xahar li għalih tkun disponibbli data rilevanti u fejn dak il-port ikun jinsab barra mill-Unjoni iżda inqas minn 300 mil nawtiku minn port taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru.
Għall-fini ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, il-kontejners għandhom jitqiesu li jkunu trażbordati meta jinħattu minn bastiment għall-port għall-iskop uniku li jitgħabbew fuq bastiment ieħor.
Il-lista tal-portijiet tat-trażbord tal-kontejners ġirien stabbilita mill-Kummissjoni ma għandhiex tinkludi portijiet li jinsabu f’pajjiż terz li għalih dak il-pajjiż terz japplika b’mod effettiv miżuri ekwivalenti għal dan ir-Regolament.
L-atti ta’ implimentazzjoni imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(3).
|
|
Artikolu 2 3
|
3. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw rotot u portijiet speċifiċi mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, il-punti (a) u (b), fir-rigward tal-enerġija użata fuq vjaġġi mwettqa minn bastimenti tal-passiġġieri minbarra bastimenti tal-kruċiera bejn port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru u port tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni tal-istess Stat Membru li jinsab fi gżira b’inqas minn 200 000 resident permanenti, u fir-rigward tal-enerġija użata matul is-soġġorn tagħhom f’waqfa f’port ta’ dik il-gżira. L-ebda eżenzjoni bħal din ma għandha tapplika wara l-31 ta’ Diċembru 2029. Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-eżenzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-eżenzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 2 4
|
4. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw rotot u portijiet speċifiċi mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1, il-punti (a) u (c), fir-rigward tal-enerġija użata mill-bastimenti fuq vjaġġi bejn port tal-waqfa li jinsab f’reġjun ultraperiferiku u port tal-waqfa ieħor li jinsab f’reġjun ultraperiferiku, u fir-rigward tal-enerġija użata matul is-soġġorn tagħhom fil-portijiet tal-waqfa ta’ dawk ir-reġjuni ultraperiferiċi. L-ebda eżenzjoni bħal din ma għandha tapplika wara l-31 ta’ Diċembru 2029. Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-eżenzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-eżenzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 2 5
|
5. L-Istati Membri li ma jikkondividux fruntiera fuq l-art ma’ kwalunkwe Stat Membru ieħor jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 bastimenti tal-passiġġieri li jwettqu vjaġġi tranżnazzjonali taħt l-obbligi ta’ servizz pubbliku jew kuntratti pubbliċi ta’ servizz għall-portijiet tal-waqfa ta’ Stati Membri oħra. L-ebda eżenzjoni bħal din ma għandha tapplika wara l-31 ta’ Diċembru 2029. Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-eżenzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-eżenzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 2 6
|
6. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 bastimenti tal-passiġġieri li jipprovdu servizzi ta’ trasport marittimu fis-sens tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92 taħt obbligi ta’ servizz pubbliku jew kuntratti pubbliċi ta’ servizz, li joperaw qabel it-12 ta’ Ottubru 2023, għar-rotot speċifiċi bejn il-portijiet tal-waqfa tal-art kontinentali tagħhom u l-portijiet tal-waqfa taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom li jinsabu fi gżira jew fil-bliet ta’ Ceuta u Melilla. L-ebda eżenzjoni bħal din ma għandha tapplika wara l-31 ta’ Diċembru 2029. Qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-eżenzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-eżenzjonijiet f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, il-bliet ta’ Ceuta u Melilla għandhom jitqiesu bħala portijiet tal-waqfa li jinsabu fuq gżira.
|
|
Artikolu 2 7
|
7. Dan ir-Regolament ma japplikax għal bastimenti tal-gwerra, awżiljarji navali, bastimenti li jaqbdu l-ħut jew bastimenti li jipproċessaw il-ħut, bastimenti tal-injam b’binja primittiva, bastimenti li ma jitħaddmux b’mezzi mekkaniċi, jew bastimenti proprjetà tal-gvern jew li jiġu operati mill-gvern u jintużaw biss għal skopijiet mhux kummerċjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|