2. Karburanti mhux koperti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li għandhom l-istess fatturi ta’ emissjoni bħall-perkors l-inqas favorevoli tal-karburanti fossili għat-tip ta’ karburant inkwistjoni, dment li ma jkunux ġew iċċertifikati f’konformità mal-atti legali tal-Unjoni dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu, li jistabbilixxu livell limitu minimu għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u metodoloġija assoċjata biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-produzzjoni ta’ dawn il-karburanti.