+Artikolu 10 Ċertifikazzjoni ta’ karburanti u ta’ fatturi ta’ emissjoni
---+Artikolu 10 1
---+Artikolu 10 2
---+Artikolu 10 3
---+Artikolu 10 4
---+Artikolu 10 5
---+Artikolu 10 6

Artikolu 10 Ċertifikazzjoni ta’ karburanti u ta’ fatturi ta’ emissjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1

1.   Fejn, kif iddefinit fid-Direttiva (UE) 2018/2001, il-bijokarburanti, il-bijogass, l-RFNBO u l-karburanti tal-karbonju riċiklat għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

bijokarburanti u bijogass li ma jikkonformawx mal-kriterji tas-sostenibbiltà u tal-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew li jkunu prodotti minn għelejjel tal-ikel u tal-għalf għandhom jitqiesu li għandhom l-istess fatturi ta’ emissjoni bħall-perkors l-inqas favorevoli tal-karburanti fossili għal dak it-tip ta’ karburant;

(b)

RFNBO u karburanti tal-karbonju riċiklat li ma jikkonformawx mal-livell limitu minimu għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra stabbiliti fl-Artikolu 25(2) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 għandhom jitqiesu li għandhom l-istess fatturi ta’ emissjoni bħall-perkors l-inqas favorevoli tal-karburanti fossili għal dak it-tip ta’ karburant.

Artikolu 10 2

2.   Karburanti mhux koperti fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li għandhom l-istess fatturi ta’ emissjoni bħall-perkors l-inqas favorevoli tal-karburanti fossili għat-tip ta’ karburant inkwistjoni, dment li ma jkunux ġew iċċertifikati f’konformità mal-atti legali tal-Unjoni dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu, li jistabbilixxu livell limitu minimu għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u metodoloġija assoċjata biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-produzzjoni ta’ dawn il-karburanti.

Artikolu 10 3

3.   Abbażi tan-noti ta’ kunsinna tal-bunker tal-karburant ikkomplementati f’konformità mal-Anness I għal dan ir-Regolament, il-kumpaniji għandhom jipprovdu data preċiża, kompluta u affidabbli dwar l-intensità tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u l-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà tal-karburanti li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament li jkunu ġew iċċertifikati skont skema li tkun rikonoxxuta mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 30(5) u (6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew, fejn applikabbli, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti legali tal-Unjoni dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu.

Artikolu 10 4

4.   Il-kumpaniji ma għandhomx jiddevjaw mill-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ emissjoni well-to-tank stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament għall-karburanti fossili. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-kumpaniji għandhom ikunu intitolati li jiddevjaw mill-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ emissjoni well-to-tank stipulati fl-Anness II għal dan ir-Regolament, dment li l-valuri reali jiġu ċċertifikati skont skema li tkun rikonoxxuta mill-Kummissjoni. Għall-bijokarburanti, il-bijogass, l-RFNBO u l-karburanti tal-karbonju riċiklat, dik iċ-ċertifikazzjoni għandha ssir f’konformità mal-Artikolu 30(5) u (6) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 jew, fejn applikabbli, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti legali tal-Unjoni dwar is-swieq intern tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu.

Artikolu 10 5

5.   Il-kumpaniji għandhom ikunu intitolati li jiddevjaw mill-valuri prestabbiliti għall-fatturi ta’ emissjoni tank-to-wake stipulati fl-Anness II, bl-eċċezzjoni tal-fatturi ta’ emissjoni tas-CO2 tank-to-wake għal karburanti fossili, dment li l-valuri reali jiġu ċċertifikati permezz ta’ ttestjar fil-laboratorju jew kejl dirett tal-emissjonijiet.

Artikolu 10 6

6.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex jispeċifikaw liema standards u referenzi taċ-ċertifikazzjoni internazzjonali huma aċċettati biex jiġu ddimostrati l-fatturi ta’ emissjoni tank-to-wake reali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.