+Artikolu 13 Proċeduri ta’ verifika
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
---+Artikolu 13 4
---+Artikolu 13 5
|
Artikolu 13 Proċeduri ta’ verifika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1
|
1. Il-verifikatur għandu jidentifika r-riskji potenzjali relatati mal-proċess ta’ monitoraġġ u rappurtar billi jqabbel l-ammont, it-tip u l-fattur ta’ emissjoni rrappurtati tal-enerġija użata abbord minn bastimenti mad-data stmata abbażi tad-data ta’ traċċar tal-bastimenti u karatteristiċi bħall-potenza tal-magna installata. Fejn jinstabu diverġenzi sinifikanti, il-verifikatur għandu jwettaq analiżijiet ulterjuri.
|
|
Artikolu 13 2
|
2. Il-verifikatur għandu jidentifika r-riskji potenzjali relatati mal-passi differenti tal-kalkolu billi jirrieżamina s-sorsi tad-data u l-metodoloġiji kollha użati mill-kumpanija kkonċernata.
|
|
Artikolu 13 3
|
3. Il-verifikatur għandu jieħu inkunsiderazzjoni kull metodu effettiv ta’ kontroll tar-riskju applikat mill-kumpanija kkonċernata biex jitnaqqsu l-livelli ta’ inċertezza assoċjati mal-akkuratezza speċifika għall-metodi ta’ monitoraġġ użati.
|
|
Artikolu 13 4
|
4. Fuq talba tal-verifikatur, il-kumpanija kkonċernata għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tippermetti lill-verifikatur iwettaq l-attivitajiet ta’ verifika tiegħu. Fejn meħtieġ biex jiġu ddeterminati l-affidabbiltà, il-kredibbiltà, l-akkuratezza u l-kompletezza tad-data u tal-informazzjoni rappurtati, il-verifikatur għandu jwettaq kontrolli matul il-proċess ta’ verifika. F’każ ta’ dubju, il-verifikatur jista’ jwettaq żjarat fuq il-post fil-bini tal-kumpanija jew abbord il-bastiment. Il-kumpanija għandha tippermetti lill-verifikatur jaċċessa l-bini tal-kumpanija jew il-bastiment sabiex tiffaċilita l-attivitajiet ta’ verifika.
|
|
Artikolu 13 5
|
5. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika aktar ir-regoli għall-attivitajiet ta’ verifika msemmija f’dan ir-Regolament, mill-inqas dwar l-elementi li ġejjin: il-kompetenzi tal-verifikaturi; id-dokumenti li għandhom jiġu pprovduti mill-kumpaniji lill-verifikaturi; il-valutazzjoni tal-konformità tal-pjan ta’ monitoraġġ u tal-pjan ta’ monitoraġġ modifikat; il-valutazzjoni tar-riskju, inkluż il-kontrolli, li għandhom jitwettqu mill-verifikaturi; il-verifika tar-rapport FuelEU msemmi fl-Artikolu 15(3); il-livell ta’ materjalità; l-assigurazzjoni raġonevoli mill-verifikaturi; id-dikjarazzjonijiet skorretti u n-nuqqasijiet ta’ konformità; il-kontenut tar-rapport ta’ verifika; ir-rakkomandazzjonijiet għal titjib; iż-żjarat fuq il-post; u l-komunikazzjoni bejn il-kumpaniji, il-verifikaturi, l-awtoritajiet kompetenti u l-Kummissjoni. Ir-regoli speċifikati f’dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji għall-verifika previsti fl-Artikoli 11 u 12 u f’dan l-Artikolu u fuq standards rilevanti aċċettati fil-livell internazzjonali. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|