4. Fuq talba tal-verifikatur, il-kumpanija kkonċernata għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tippermetti lill-verifikatur iwettaq l-attivitajiet ta’ verifika tiegħu. Fejn meħtieġ biex jiġu ddeterminati l-affidabbiltà, il-kredibbiltà, l-akkuratezza u l-kompletezza tad-data u tal-informazzjoni rappurtati, il-verifikatur għandu jwettaq kontrolli matul il-proċess ta’ verifika. F’każ ta’ dubju, il-verifikatur jista’ jwettaq żjarat fuq il-post fil-bini tal-kumpanija jew abbord il-bastiment. Il-kumpanija għandha tippermetti lill-verifikatur jaċċessa l-bini tal-kumpanija jew il-bastiment sabiex tiffaċilita l-attivitajiet ta’ verifika.