4. Meta r-rapport ta’ kontrolli addizzjonali msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jidentifika dikjarazzjonijiet skorretti, nuqqasijiet ta’ konformità jew kalkoli ħżiena li jirriżultaw f’nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 4 jew 6 u, konsegwentement, f’penali FuelEU jew modifika tal-ammont ta’ penali FuelEU diġà mħallas, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tinnotifika lill-kumpanija kkonċernata bl-ammont korrispondenti tal-penali FuelEU jew tal-penali FuelEU modifikata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija responsabbli għall-bastiment matul il-perjodu soġġett għall-kontrolli addizzjonali għandha tħallas ammont ugwali għall-penali FuelEU jew il-penali FuelEU modifikata fi żmien xahar wara n-notifika tagħha, f’konformità mal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 23.