+Artikolu 17 Kontrolli addizzjonali minn awtorità kompetenti
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
---+Artikolu 17 4
---+Artikolu 17 5
---+Artikolu 17 6
---+Artikolu 17 7

Artikolu 17 Kontrolli addizzjonali minn awtorità kompetenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 17 1

1.   Fi kwalunkwe ħin, l-awtorità kompetenti tal-Istat amministrattiv fir-rigward ta’ kumpanija tista’, għal kwalunkwe wieħed mill-bastimenti tagħha, fir-rigward taż-żewġ perjodi ta’ rapportar preċedenti, twettaq kontrolli addizzjonali ta’ kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

ir-rapport FuelEU li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament stabbilit f’konformità mal-Artikoli 15 u 16;

(b)

ir-rapport ta’ verifika stabbilit f’konformità mal-Artikolu 16;

(c)

il-kalkoli magħmula mill-verifikatur f’konformità mal-Artikolu 16(4).

Artikolu 17 2

2.   Fuq talba tal-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, il-kumpanija għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni jew dokumenti meħtieġa li jippermettu lill-awtorità kompetenti twettaq kontrolli addizzjonali u għandha tippermetti aċċess għall-bini tal-kumpanija jew għall-bastiment biex tiffaċilita tali kontrolli addizzjonali.

Artikolu 17 3

3.   L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha toħroġ rapport ta’ kontrolli addizzjonali li jinkludi, fejn applikabbli, il-kalkoli aġġornati magħmula fl-applikazzjoni tal-Artikolu 17(1), il-punt (c), l-ammont aġġornat tas-surplus ta’ konformità jew tal-antiċipu tas-surplus ta’ konformità u l-ammont aġġornat tal-penali FuelEU.

Artikolu 17 4

4.   Meta r-rapport ta’ kontrolli addizzjonali msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu jidentifika dikjarazzjonijiet skorretti, nuqqasijiet ta’ konformità jew kalkoli ħżiena li jirriżultaw f’nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 4 jew 6 u, konsegwentement, f’penali FuelEU jew modifika tal-ammont ta’ penali FuelEU diġà mħallas, l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tinnotifika lill-kumpanija kkonċernata bl-ammont korrispondenti tal-penali FuelEU jew tal-penali FuelEU modifikata. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpanija responsabbli għall-bastiment matul il-perjodu soġġett għall-kontrolli addizzjonali għandha tħallas ammont ugwali għall-penali FuelEU jew il-penali FuelEU modifikata fi żmien xahar wara n-notifika tagħha, f’konformità mal-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 23.

Artikolu 17 5

5.   L-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tneħħi mingħajr dewmien mill-bażi tad-data FuelEU d-dokument tal-konformità FuelEU ta’ bastiment li fir-rigward tiegħu l-kumpanija tiegħu ma tkunx ħallset fil-ħin il-penali FuelEU msemmija fil-paragrafu 4 u għandha tinnotifika fil-ħin dik it-tneħħija lill-kumpanija kkonċernata. Hija għandha toħroġ mill-ġdid id-dokument tal-konformità FuelEU rilevanti biss meta jkun tħallas ammont ugwali għall-penali FuelEU, dment li l-kondizzjonijiet l-oħra stabbiliti f’dan ir-Regolament għaż-żamma tad-dokument tal-konformità FuelEU ikunu ssodisfati mill-kumpanija.

Artikolu 17 6

6.   Il-paragrafu 5 ma għandux japplika għal bastiment li jkun ġie trasferit lil kumpanija oħra ħlief il-kumpanija li tkun assumiet ir-responsabbiltà għat-tħaddim tiegħu matul il-perjodu soġġett għall-kontrolli addizzjonali.

Artikolu 17 7

7.   L-azzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu, ir-rapport ta’ kontrolli addizzjonali msemmi fil-paragrafu 3 u l-prova tal-pagamenti tal-penali FuelEU għandhom jiġu rreġistrati mingħajr dewmien fil-bażi tad-data FuelEU mill-entitajiet li wettqu dawk l-azzjonijiet jew għamlu dak ir-rapport jew pagament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.