2. L-Istat amministrattiv fir-rigward ta’ kumpanija għandu jiżgura li, għal kwalunkwe wieħed mill-bastimenti tagħha li jkollu defiċit ta’ konformità għall-intensità tal-gassijiet serra kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) jew, jekk applikabbli, għas-submira għall-RFNBO kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) fl-1 ta’ Ġunju tal-perjodu ta’ verifika, wara validazzjoni possibbli mill-awtorità kompetenti tiegħu, il-kumpanija għandha tħallas sat-30 ta’ Ġunju tal-perjodu ta’ verifika ammont ugwali għall-penali FuelEU li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-formuli speċifikati fil-Parti B tal-Anness IV. Jekk bastiment ikollu defiċit ta’ konformità għal żewġ perjodi ta’ rapportar konsekuttivi jew aktar, dak l-ammont għandu jiġi mmultiplikat b’1 + (n -1)/10, fejn n huwa l-għadd ta’ perjodi ta’ rapportar konsekuttivi li għalihom il-kumpanija hija soġġetta għal penali FuelEU għal dak il-bastiment.