+Artikolu 23 Penali FuelEU
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
---+Artikolu 23 4
---+Artikolu 23 5
---+Artikolu 23 6
---+Artikolu 23 7
---+Artikolu 23 8
---+Artikolu 23 9
---+Artikolu 23 10
---+Artikolu 23 11

Artikolu 23 Penali FuelEU

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 1

1.   Qabel l-1 ta’ Mejju tal-perjodu ta’ verifika, abbażi tal-kalkoli mwettqa skont l-Artikolu 16(4) u wara l-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 20 u 21, il-verifikatur għandu jirreġistra fil-bażi tad-data FuelEU l-bilanċi ta’ konformità vverifikati tal-bastiment għall-intensità tal-gassijiet serra kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) u, jekk applikabbli, għas-submira għall-RFNBO kif imsemmi fl-Artikolu 5(3).

Jekk bastiment ikollu defiċit ta’ konformità għas-submira tal-RFNBO kif imsemmi fl-Artikolu 5(3), il-penali FuelEU għandha tiġi kkalkulata f’konformità mal-formula speċifikata fil-Parti B tal-Anness IV.

Artikolu 23 2

2.   L-Istat amministrattiv fir-rigward ta’ kumpanija għandu jiżgura li, għal kwalunkwe wieħed mill-bastimenti tagħha li jkollu defiċit ta’ konformità għall-intensità tal-gassijiet serra kif imsemmi fl-Artikolu 4(2) jew, jekk applikabbli, għas-submira għall-RFNBO kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) fl-1 ta’ Ġunju tal-perjodu ta’ verifika, wara validazzjoni possibbli mill-awtorità kompetenti tiegħu, il-kumpanija għandha tħallas sat-30 ta’ Ġunju tal-perjodu ta’ verifika ammont ugwali għall-penali FuelEU li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-formuli speċifikati fil-Parti B tal-Anness IV. Jekk bastiment ikollu defiċit ta’ konformità għal żewġ perjodi ta’ rapportar konsekuttivi jew aktar, dak l-ammont għandu jiġi mmultiplikat b’1 + (n -1)/10, fejn n huwa l-għadd ta’ perjodi ta’ rapportar konsekuttivi li għalihom il-kumpanija hija soġġetta għal penali FuelEU għal dak il-bastiment.

Artikolu 23 3

3.   L-Istat amministrattiv fir-rigward ta’ kumpanija għandu jiżgura li, għal kwalunkwe wieħed mill-bastimenti tagħha li jkun fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(4), il-kumpanija tħallas sat-30 ta’ Ġunju tal-perjodu ta’ verifika ammont ugwali għall-penali FuelUE notifikata skont dak il-paragrafu.

Artikolu 23 4

4.   Qabel l-1 ta’ Mejju tal-perjodu ta’ verifika, fejn applikabbli abbażi tal-kalkoli mwettqa f’konformità mal-Artikolu 16(4), il-verifikatur għandu jirreġistra fil-bażi tad-data FuelEU l-għadd totali ta’ sigħat li l-bastiment ikun qatta’ rmiġġat mal-moll f’nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 6.

Artikolu 23 5

5.   L-Istat amministrattiv fir-rigward ta’ kumpanija għandu jiżgura li għal kwalunkwe wieħed mill-bastimenti tagħha li jkun għamel mill-inqas waqfa waħda f’port mhux konformi, wara validazzjoni possibbli mill-awtorità kompetenti tiegħu, il-kumpanija għandha tħallas sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ verifika ammont ugwali għall-penali tal-FuelEU li tirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ EUR 1,5 bit-total stabbilit tad-domanda għall-enerġija elettrika tal-bastiment fl-irmiġġ u bl-għadd total ta’ sigħat aġġustati sal-eqreb siegħa sħiħa, li l-bastiment idum irmiġġat f’nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6.

Artikolu 23 6

6.   L-Istati Membri għandu jkollhom il-qafas legali u amministrattiv meħtieġ stabbilit fil-livell nazzjonali biex jiżguraw l-issodisfar tal-obbligi dwar l-impożizzjoni, il-ħlas u l-ġbir tal-penali ta’ FuelEU.

Artikolu 23 7

7.   L-azzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu, kif ukoll il-prova tal- ħlasijiet tal-penali ta’ FuelEU għandhom jiġu rreġistrati mingħajr dewmien fil-bażi tad-data ta’ FuelEU mill-entitajiet li jwettqu dawk l-azzjonijiet jew għamlu dak il-pagament.

Artikolu 23 8

8.   Il-kumpanija għandha tibqa’ responsabbli għall-ħlas tal-penali ta’ FuelEU, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-kumpanija tikkonkludi ftehimiet kuntrattwali mal-operaturi kummerċjali tal-bastiment li jipprevedu r-responsabbiltà tal-operaturi kummerċjali li jirrimborżaw lill-kumpanija għall-ħlas tal-penali ta’ FuelEU, meta r-responsabbiltà għax-xiri tal-karburant jew it-tħaddim tal-bastiment tkun assunta mill-operatur kummerċjali. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, it-tħaddim tal-bastiment għandu jfisser id-determinazzjoni tal-merkanzija li tinġarr, ir-rotta u l-veloċità tal-bastiment.

Artikolu 23 9

9.   Il-kumpanija għandha tibqa’ responsabbli għall-ħlas tal-penali ta’ FuelEU, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-kumpanija li tikkonkludi ftehimiet kuntrattwali ma’ fornituri tal-karburant li jipprevedu r-responsabbiltà tal-fornituri tal-karburant li jirrimborżaw lill-kumpanija għall-ħlas tal-penali ta’ FuelEU.

Artikolu 23 10

10.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex temenda l-Anness IV sabiex tadatta l-fattur indikat fiċ-ċellola 7 u, fejn applikabbli, fiċ-ċellola 14 tat-tabella fil-Parti B ta’ dak l-Anness u użat fil-formula msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, abbażi tal-iżviluppi fil-kost tal-enerġija, u biex temenda l-fattur ta’ multiplikazzjoni stabbilit fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, abbażi tal-indiċjar tal-kost medju tal-elettriku fl-Unjoni.

Artikolu 23 11

11.   L-Istati Membri għandhom jistinkaw biex jiżguraw li d-dħul iġġenerat mill-penali ta’ FuelEU, jew il-valur finanzjarju ekwivalenti tiegħu, jintuża biex jappoġġa l-iskjerament u l-użu rapidu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fis-settur marittimu, billi jistimulaw il-produzzjoni ta’ kwantitajiet akbar ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għas-settur marittimu, jiffaċilitaw il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet xierqa ta’ bunkering jew infrastruttura tal-provvista tal-elettriku mix-xatt xierqa fil-portijiet, u jappoġġaw l-iżvilupp, l-ittestjar u l-introduzzjoni tal-aktar teknoloġiji innovattivi fil-flotta biex jinkiseb tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet.

Sat-30 ta’ Ġunju 2030, u kull ħames snin minn hemm’ il quddiem, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw rapport dwar l-użu tad-dħul iġġenerat mill-penali ta’ Fuel EU matul il-perjodu ta’ ħames snin qabel is-sena ta’ kull rapport bħal dan, inkluż informazzjoni dwar il-benefiċjarji u l-livell ta’ nfiq li jikkonċerna l-objettivi elenkati fl-ewwel subparagrafu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.09.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1805
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.