5. L-Istat amministrattiv fir-rigward ta’ kumpanija għandu jiżgura li għal kwalunkwe wieħed mill-bastimenti tagħha li jkun għamel mill-inqas waqfa waħda f’port mhux konformi, wara validazzjoni possibbli mill-awtorità kompetenti tiegħu, il-kumpanija għandha tħallas sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ verifika ammont ugwali għall-penali tal-FuelEU li tirriżulta mill-multiplikazzjoni ta’ EUR 1,5 bit-total stabbilit tad-domanda għall-enerġija elettrika tal-bastiment fl-irmiġġ u bl-għadd total ta’ sigħat aġġustati sal-eqreb siegħa sħiħa, li l-bastiment idum irmiġġat f’nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6.