+Artikolu 5 3.

Artikolu 5 3.

B’mod eċċezzjonali, operatur tal-inġenji tal-ajru jista’, meta debitament ġustifikat, jitlob mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 11(6) eżenzjoni temporanja mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-titjiriet fuq rotta speċifika eżistenti jew rotta ġdida ta’ inqas minn 850 kilometru, jew 1 200  kilometru għal rotot li jikkollegaw ma’ ajruporti li jinsabu fuq gżejjer mingħajr konnessjonijiet bil-ferrovija jew bit-triq, li jitilqu minn ajruport tal-Unjoni. Dik id-distanza għandha titkejjel bil-metodu tar-rotta ortodromika.

Tali talba għandha ssir mill-inqas tliet xhur qabel id-data prevista tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni, sostnuta minn ġustifikazzjoni dettaljata u adegwata. Tali eżenzjoni għandha tkun limitata għas-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

diffikultajiet operazzjonali serji u rikorrenti fir-riforniment tal-inġenji tal-ajru fl-ajruport partikolari tal-Unjoni li jżommu l-operaturi tal-inġenji tal-ajru milli jwettqu titjiriet bir-ritorn fi żmien raġonevoli; jew

(b) 

diffikultajiet strutturali fil-provvista tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jirriżultaw mill-karatteristiċi ġeografiċi ta’ ajruport partikolari tal-Unjoni, li jwasslu għal prezzijiet ogħla b’mod sinifikanti tal-fjuwils tal-avjazzjoni meta mqabbla mal-prezzijiet applikati bħala medja għal tipi simili ta’ fjuwils tal-avjazzjoni f’ajruporti oħra tal-Unjoni partikolarment minħabba restrizzjonijiet speċifiċi tat-trasport tal-fjuwil jew disponibbiltà limitata ta’ fjuwils f’dak l-ajruport tal-Unjoni u li jqiegħdu l-operaturi tal-inġenji tal-ajru kkonċernat fi żvantaġġ kompetittiv sinifikanti meta mqabbel mal-kundizzjonijiet tas-suq li jeżistu f’ajruporti oħra tal-Unjoni b’karatteristiċi kompetittivi simili.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.