+Artikolu 5 Obbligu ta’ riforniment għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.
---+Artikolu 5 6.
---+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 5 8.
---+Artikolu 5 9.
---+Artikolu 5 10.
---+Artikolu 5 11.
|
Artikolu 5 Obbligu ta’ riforniment għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5 1.
|
Il-kwantità annwali ta’ fjuwil tal-avjazzjoni ppumpjat minn operatur tal-inġenji tal-ajru partikolari f’ajruport partikolari tal-Unjoni għandha tkun mill-inqas 90 % tal-fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ.
|
|
Artikolu 5 2.
|
Operatur tal-inġenji tal-ajru jista’ jaqa’ taħt il-limitu fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fejn ikun meħtieġ għal raġunijiet ta’ konformità mar-regoli applikabbli dwar is-sikurezza tal-fjuwil. F’każijiet bħal dawn, l-operatur tal-inġenji tal-ajru kkonċernat għandu jiġġustifika debitament lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 11(6) u lill-Aġenzija li taqa’ taħt dak il-limitu, inkluż l-għoti ta’ indikazzjoni tar-rotot milquta. Dik l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport skont l-Artikolu 8. Il-kwantitajiet ta’ fjuwil assoċjati għandhom jiġu rrappurtati separatament f’konformità mal-Artikolu 8.
|
|
Artikolu 5 3.
|
B’mod eċċezzjonali, operatur tal-inġenji tal-ajru jista’, meta debitament ġustifikat, jitlob mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 11(6) eżenzjoni temporanja mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għat-titjiriet fuq rotta speċifika eżistenti jew rotta ġdida ta’ inqas minn 850 kilometru, jew 1 200 kilometru għal rotot li jikkollegaw ma’ ajruporti li jinsabu fuq gżejjer mingħajr konnessjonijiet bil-ferrovija jew bit-triq, li jitilqu minn ajruport tal-Unjoni. Dik id-distanza għandha titkejjel bil-metodu tar-rotta ortodromika. Tali talba għandha ssir mill-inqas tliet xhur qabel id-data prevista tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni, sostnuta minn ġustifikazzjoni dettaljata u adegwata. Tali eżenzjoni għandha tkun limitata għas-sitwazzjonijiet li ġejjin:
(a)
diffikultajiet operazzjonali serji u rikorrenti fir-riforniment tal-inġenji tal-ajru fl-ajruport partikolari tal-Unjoni li jżommu l-operaturi tal-inġenji tal-ajru milli jwettqu titjiriet bir-ritorn fi żmien raġonevoli; jew
(b)
diffikultajiet strutturali fil-provvista tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jirriżultaw mill-karatteristiċi ġeografiċi ta’ ajruport partikolari tal-Unjoni, li jwasslu għal prezzijiet ogħla b’mod sinifikanti tal-fjuwils tal-avjazzjoni meta mqabbla mal-prezzijiet applikati bħala medja għal tipi simili ta’ fjuwils tal-avjazzjoni f’ajruporti oħra tal-Unjoni partikolarment minħabba restrizzjonijiet speċifiċi tat-trasport tal-fjuwil jew disponibbiltà limitata ta’ fjuwils f’dak l-ajruport tal-Unjoni u li jqiegħdu l-operaturi tal-inġenji tal-ajru kkonċernat fi żvantaġġ kompetittiv sinifikanti meta mqabbel mal-kundizzjonijiet tas-suq li jeżistu f’ajruporti oħra tal-Unjoni b’karatteristiċi kompetittivi simili.
|
|
Artikolu 5 4.
|
L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw dik it-talba. Fid-dawl tal-ġustifikazzjoni pprovduta, hija tista’ titlob informazzjoni addizzjonali.
|
|
Artikolu 5 5.
|
L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni dwar dik it-talba mingħajr dewmien żejjed mhux aktar tard minn xahar qabel id-data tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista. Meta l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jitolbu informazzjoni addizzjonali skont il-paragrafu 4, l-iskadenza biex l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jieħdu deċiżjoni għandha tiġi sospiża sakemm l-operatur tal-inġenji tal-ajru jipprovdi informazzjoni kompluta. L-eżenzjoni mogħtija għandu jkollha perjodu limitat ta’ validità, li ma jaqbiżx sena, u wara dan għandha tiġi rieżaminata fuq talba tal-operatur tal-inġenji tal-ajru.
|
|
Artikolu 5 6.
|
L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni li jaċċettaw jew jirrifjutaw l-ewwel talba, tkun xi tkun, għal eżenzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 3. In-nuqqas ta’ adozzjoni ta’ tali deċiżjoni fil-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 5 ma għandux jitqies bħala deċiżjoni li tawtorizza l-eżenzjoni mitluba. In-nuqqas ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni relatata ma’ talba għat-tiġdid ta’ eżenzjoni eżistenti, dment li tali talba tkun sostnuta minn ġustifikazzjoni dettaljata u adegwata, mhux aktar tard minn xahar qabel id-data tat-tiġdid previst, għandu jitqies bħala deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni biex titkompla l-applikazzjoni tal-eżenzjoni mitluba.
|
|
Artikolu 5 7.
|
L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkollu d-dritt li jappella deċiżjoni tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li jirrifjutaw talba għal eżenzjoni.
|
|
Artikolu 5 8.
|
L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw il-lista ta’ eżenzjonijiet awtorizzati u rrifjutati lill-Kummissjoni, filwaqt li jagħtu l-ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni tagħhom u l-valutazzjoni li fuqha tkun ibbażata. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta’ eżenzjonijiet awtorizzati u taġġorna dik il-lista mill-inqas darba fis-sena.
|
|
Artikolu 5 9.
|
Wara lment bil-miktub imressaq minn Stat Membru, operatur tal-inġenji tal-ajru, il-korp ta’ amministrazzjoni tal-ajruport tal-Unjoni kkonċernat, jew fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni, jew fuq inizjattiva tagħha stess, il-Kummissjoni tista’, wara li tivvaluta l-ġustifikazzjoni pprovduta għall-eżenzjoni mogħtija skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu fid-dawl tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jitolbu lill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti jadottaw deċiżjoni li tħassar dik l-eżenzjoni mill-bidu tal-perjodu ta’ skedar li jmiss skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 (
4
). Meta dak il-perjodu ta’ skedar jibda inqas minn xahrejn wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni, id-deċiżjoni li tħassar l-eżenzjoni għandha tibda tapplika mill-bidu tal-perjodu ta’ skedar li jmiss. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 16(2).
|
|
Artikolu 5 10.
|
Sabiex tkun tista’ tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 9, il-Kummissjoni tista’ titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa mingħand l-Istati Membri u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru. L-Istati Membri u l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu tali informazzjoni mingħajr dewmien żejjed. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-għoti ta’ informazzjoni mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru.
|
|
Artikolu 5 11.
|
Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ Settembru 2024, tadotta linji gwida dwar l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu. Tali linji gwida għandhom jinkludu elementi li operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jipprovdi biex jiġġustifika dawk l-eżenzjonijiet.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|