+Artikolu 7 Promozzjoni tal-provvista tal-idroġenu u tal-elettriku fl-ajruporti tal-Unjoni
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.

Artikolu 7 Promozzjoni tal-provvista tal-idroġenu u tal-elettriku fl-ajruporti tal-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
Il-korpi ta’ amministrazzjoni tal-ajruporti tal-Unjoni, il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni u l-amministraturi tal-fjuwil għandhom, fejn xieraq, jikkooperaw mal-Istat Membru rispettiv tagħhom għat-tħejjija tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali għall-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi f’ajruporti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).
Artikolu 7 2.
Il-korpi ta’ amministrazzjoni tal-ajruporti tal-Unjoni, il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni u l-amministraturi tal-fjuwil għandhom, fejn xieraq, f’konformità mal-oqfsa ta’ politika nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 meta jkun ġie adottat tali qafas, jikkooperaw u jagħmlu sforzi biex jiffaċilitaw l-aċċess tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru għall-idroġenu jew l-elettriku użat primarjament għall-propulsjoni ta’ inġenju tal-ajru u biex jipprovdu l-infrastruttura u s-servizzi meħtieġa għat-twassil, il-ħżin u l-ippumpjar ta’ tali idroġenu jew elettriku għar-riforniment jew l-irriċarġjar tal-inġenji tal-ajru f’konformità mal-oqfsa ta’ politika nazzjonali għall-varar ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fejn rilevanti.
Artikolu 7 3.
Sal-31 ta’ Marzu 2025, u kull sentejn wara, il-korpi ta’ amministrazzjoni tal-ajruporti tal-Unjoni għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Aġenzija dwar l-istat ta’ progress ta’ proġetti eżistenti, għall-ajruport tal-Unjoni rispettiv tagħhom, li jwettqu kwalunkwe waħda mill-inizjattivi msemmija fil-paragrafu 2. Dak ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni, li tkun disponibbli għall-pubbliku jew li tista’ ssir pubblika, inkluż, fejn xieraq, projezzjonijiet dwar il-volumi u t-tip ta’ produzzjoni u provvista tal-idroġenu u tal-elettriku lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fl-ajruport tal-Unjoni kif ukoll pjanijiet ta’ varar għall-infrastruttura u s-servizzi tal-irriċarġjar u tar-riforniment fejn jiġu adottati tali pjanijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.