+Artikolu 8 1.

Artikolu 8 1.

Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena ta’ rapportar, u għall-ewwel darba fl-2025, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta’ perjodu ta’ rapportar partikolari lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Aġenzija:

(a) 

l-ammont totali ta’ fjuwil tal-avjazzjoni ppumpjat f’kull ajruport tal-Unjoni, espress f’tunnellati;

(b) 

il-fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ, għal kull ajruport tal-Unjoni, espress f’tunnellati;

(c) 

il-kwantità annwali mhux ippumpjata fit-tank, għal kull ajruport tal-Unjoni, li għandha tiġi rrapportata bħala 0 (żero) jekk il-kwantità annwali mhux ippumpjata fit-tank tkun negattiva jew jekk tkun inqas minn jew ugwali għal 10 % tal-fjuwil tal-avjazzjoni annwali meħtieġ;

(d) 

il-kwantità annwali ippumpjata fit-tank, għal kull ajruport tal-Unjoni għal raġunijiet ta’ konformità mar-regoli applikabbli dwar is-sikurezza tal-fjuwil skont l-Artikolu 5(2), espressa f’tunnellati;

(e) 

l-ammont totali ta’ SAF mixtrija mill-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni, għall-fini tal-operat tat-titjiriet tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni, espress f’tunnellati.

(f) 

għal kull xiri ta’ SAF, l-isem tal-fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni, l-ammont mixtri espress f’tunnellati, il-proċess ta’ konverżjoni, il-karatteristiċi u l-oriġini tal-materja prima użata għall-produzzjoni, u l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-SAF, u, fejn xirja waħda tinkludi tipi differenti ta’ SAF b’karatteristiċi differenti, tingħata dik l-informazzjoni għal kull tip ta’ SAF;

(g) 

it-titjiriet totali operati koperti minn dan ir-Regolament li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni, espressi f’għadd ta’ titjiriet u f’sigħat ta’ titjir.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.