|
+Artikolu 10 Obbligi ta’ rapportar għall-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni |
Artikolu 10 Obbligi ta’ rapportar għall-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoniArtikolu 10 Obbligi ta’ rapportar għall-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni Sal-14 ta’ Frar ta’ kull sena ta’ rapportar, u għall-ewwel darba fl-2025, il-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni għandhom jirrapportaw fil-bażi ta’ data tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001,l-informazzjoni li ġejja relatata mal-perjodu ta’ rapportar:
(a)
l-ammont ta’ fjuwil tal-avjazzjoni fornut f’kull ajruport tal-Unjoni, espress f’tunnellati;
(b)
l-ammont ta’ SAF fornuti f’kull ajruport tal-Unjoni, u għal kull tip ta’ SAF, kif dettaljat fil-punt (c), espress f’tunnellati;
(c)
il-proċess ta’ konverżjoni, il-karatteristiċi u l-oriġini tal-materja prima użata għall-produzzjoni u l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ kull tip ta’ SAF fornut fl-ajruporti tal-Unjoni;
(d)
il-kontenut ta’ aromatiċi u naftaleni skont il-volum perċentwali u ta’ kubrit skont il-massa perċentwali fil-fjuwil tal-avjazzjoni fornut għal kull lott, għal kull ajruport tal-Unjoni u fil-livell tal-Unjoni, b’indikazzjoni tal-volum u l-massa totali ta’ kull lott u l-metodu ta’ ttestjar applikat biex jitkejjel il-kontenut ta’ kull sustanza fil-livell tal-lott;
(e)
il-kontenut tal-enerġija għall-fjuwil tal-avjazzjoni u s-SAF fornuti f’kull ajruport tal-Unjoni, għal kull tip ta’ fjuwil. L-Istati Membri għandu jkollhom il-qafas legali u amministrattiv meħtieġ fis-seħħ fil-livell nazzjonali biex jiżguraw li l-informazzjoni mdaħħla mill-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni f’dik il-bażi tad-data tal-Unjoni tkun preċiża, u tkun ġiet ivverifikata u awditjata skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001. L-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għal dik i-bażi tad-data tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tuża l-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-data tal-Unjoni, ladarba l-informazzjoni tkun ġiet ivverifikata fil-livell tal-Istati Membri skont l-Artikolu 31a tad-Direttiva (UE) 2018/2001. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|