|
+Artikolu 13 1. |
Artikolu 13 1.Kull sena, l-Aġenzija għandha tippubblika rapport tekniku abbażi tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 7, 8 u 10 u tgħaddih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-ammont aggregat ta’ SAF mixtri mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fil-livell tal-Unjoni, għall-użu fuq titjiriet koperti minn dan ir-Regolament li jitilqu minn ajruport tal-Unjoni, u għal kull ajruport tal-Unjoni;
(b)
l-ammont aggregat ta’ SAF u ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi fornuti fil-livell tal-Unjoni, għal kull Stat Membru u għal kull ajruport tal-Unjoni. Ir-rapport għandu jinkludi l-ammont u t-tip ta’ materja prima użata fil-livell tal-Unjoni, għal kull Stat Membru u għal kull ajruport tal-Unjoni u analiżi dwar il-kapaċità tal-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jikkonformaw mal-ishma minimi definiti fl-Anness I;
(c)
sa fejn ikun possibbli, l-ammont ta’ SAF fornut, fil-pajjiżi terzi li magħhom ikun ġie konkluż ftehim li jirregola l-forniment ta’ servizzi tal-ajru mill-Unjoni, jew mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, u f’pajjiżi terzi oħra fejn tali informazzjoni tkun disponibbli għall-pubbliku;
(d)
l-istat tas-suq, inkluż l-informazzjoni dwar il-prezzijiet, u x-xejriet fil-produzzjoni u fl-użu ta’ SAF fl-Unjoni u għal kull Stat Membru u, sa fejn ikun possibbli, fil-pajjiżi terzi li magħhom ikun ġie konkluż ftehim li jirregola l-forniment ta’ servizzi tal-ajru mill-Unjoni, jew mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, u f’pajjiżi terzi oħra, inkluż informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tad-diskrepanza fil-prezzijiet bejn SAF u l-fjuwils tal-avjazzjoni konvenzjonali;
(e)
l-istatus tal-konformità tal-korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport tal-Unjoni għal kull ajruport, fir-rigward tal-obbligi stipulati fl-Artikolu 6;
(f)
l-istatus ta’ konformità ta’ kull operatur tal-inġenji tal-ajru u fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jkollhom obbligu skont dan ir-Regolament fil-perjodu ta’ rappurtar;
(g)
l-oriġini u l-karatteristiċi ta’ SAF kollha u l-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà tal-idroġenu għall-avjazzjoni mixtri mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għall-użu fuq titjiriet koperti minn dan ir-Regolament li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni;
(h)
il-kontenut totali medju ta’ aromatiċi u naftalina skont il-volum perċentwali u ta’ kubrit skont il-perċentwal tal-massa fil-fjuwil tal-avjazzjoni fornut mill-ajruport tal-Unjoni u fil-livell tal-Unjoni;
(i)
l-istat tal-avvanz ta’ proġetti fl-ajruporti tal-Unjoni li jsegwu l-inizjattivi msemmija fl-Artikolu 7(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|