+Artikolu 13 Ġbir u pubblikazzjoni tad-data
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.

Artikolu 13 Ġbir u pubblikazzjoni tad-data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.

Kull sena, l-Aġenzija għandha tippubblika rapport tekniku abbażi tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 7, 8 u 10 u tgħaddih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak ir-rapport għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

l-ammont aggregat ta’ SAF mixtri mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru fil-livell tal-Unjoni, għall-użu fuq titjiriet koperti minn dan ir-Regolament li jitilqu minn ajruport tal-Unjoni, u għal kull ajruport tal-Unjoni;

(b) 

l-ammont aggregat ta’ SAF u ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sintetiċi fornuti fil-livell tal-Unjoni, għal kull Stat Membru u għal kull ajruport tal-Unjoni. Ir-rapport għandu jinkludi l-ammont u t-tip ta’ materja prima użata fil-livell tal-Unjoni, għal kull Stat Membru u għal kull ajruport tal-Unjoni u analiżi dwar il-kapaċità tal-fornituri tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jikkonformaw mal-ishma minimi definiti fl-Anness I;

(c) 

sa fejn ikun possibbli, l-ammont ta’ SAF fornut, fil-pajjiżi terzi li magħhom ikun ġie konkluż ftehim li jirregola l-forniment ta’ servizzi tal-ajru mill-Unjoni, jew mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, u f’pajjiżi terzi oħra fejn tali informazzjoni tkun disponibbli għall-pubbliku;

(d) 

l-istat tas-suq, inkluż l-informazzjoni dwar il-prezzijiet, u x-xejriet fil-produzzjoni u fl-użu ta’ SAF fl-Unjoni u għal kull Stat Membru u, sa fejn ikun possibbli, fil-pajjiżi terzi li magħhom ikun ġie konkluż ftehim li jirregola l-forniment ta’ servizzi tal-ajru mill-Unjoni, jew mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, u f’pajjiżi terzi oħra, inkluż informazzjoni dwar l-evoluzzjoni tad-diskrepanza fil-prezzijiet bejn SAF u l-fjuwils tal-avjazzjoni konvenzjonali;

(e) 

l-istatus tal-konformità tal-korp ta’ amministrazzjoni ta’ ajruport tal-Unjoni għal kull ajruport, fir-rigward tal-obbligi stipulati fl-Artikolu 6;

(f) 

l-istatus ta’ konformità ta’ kull operatur tal-inġenji tal-ajru u fornitur tal-fjuwil tal-avjazzjoni li jkollhom obbligu skont dan ir-Regolament fil-perjodu ta’ rappurtar;

(g) 

l-oriġini u l-karatteristiċi ta’ SAF kollha u l-karatteristiċi ta’ sostenibbiltà tal-idroġenu għall-avjazzjoni mixtri mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru għall-użu fuq titjiriet koperti minn dan ir-Regolament li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni;

(h) 

il-kontenut totali medju ta’ aromatiċi u naftalina skont il-volum perċentwali u ta’ kubrit skont il-perċentwal tal-massa fil-fjuwil tal-avjazzjoni fornut mill-ajruport tal-Unjoni u fil-livell tal-Unjoni;

(i) 

l-istat tal-avvanz ta’ proġetti fl-ajruporti tal-Unjoni li jsegwu l-inizjattivi msemmija fl-Artikolu 7(3).

Artikolu 13 2.
L-Aġenzija tista’ tikkonsulta lill-esperti tal-Istati Membri meta tfassal dak ir-rapport.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.