|
+Artikolu 14 3. |
Artikolu 14 3.It-tikketti maħruġa skont dan l-Artikolu għandhom jiċċertifikaw il-livell ta’ prestazzjoni ambjentali ta’ titjira abbażi tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-livell ta’ prestazzjoni ambjentali ta’ titjira għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-prestazzjoni ambjentali medja tat-titjiriet imwettqa minn operatur tal-inġenji tal-ajru partikolari fuq rotta speċifika għall-perjodu ta’ skedar korrispondenti preċedenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (d), tar-Regolament (KEE) Nru 95/93. It-tikketti maħruġa skont dan l-Artikolu għandhom jikkonsistu mill-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-impronta tal-karbonju mistennija għal kull passiġġier, espressa f’metrika bħal f’kilogrammi ta’ CO2 għal kull passiġġier, għall-perjodu ta’ validità tat-tikketta;
(b)
l-effiċjenza mistennija tas-CO2 għal kull kilometru, espressa f’metrika bħal fi grammi ta’ CO2 għal kull passiġġier għal kull kilometru, għall-perjodu ta’ validità tat-tikketta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|