+Artikolu 14 Skema ta’ Tikkettar Ambjentali
---+Artikolu 14 1.
---+Artikolu 14 2.
---+Artikolu 14 3.
---+Artikolu 14 4.
---+Artikolu 14 5.
---+Artikolu 14 6.
---+Artikolu 14 7.
---+Artikolu 14 8.
---+Artikolu 14 9.
---+Artikolu 14 10.
---+Artikolu 14 11.
---+Artikolu 14 12.
|
Artikolu 14 Skema ta’ Tikkettar Ambjentali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 14 1.
|
Skema volontarja ta’ tikkettar ambjentali li tippermetti li titkejjel il-prestazzjoni ambjentali tat-titjiriet hija b’dan stabbilita.
|
|
Artikolu 14 2.
|
It-tikketti maħruġa skont dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal titjiriet koperti minn dan ir-Regolament li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni. Meta operatur tal-inġenji tal-ajru jitlob il-ħruġ ta’ tikketta skont dan l-Artikolu, huwa għandu jitlob tali tikketta għat-titjiriet kollha tiegħu koperti minn dan ir-Regolament li jitilqu mill-ajruporti tal-Unjoni. L-operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu jitolbu l-ħruġ ta’ tikketti skont dan l-Artikolu anke għat-titjiriet tagħhom koperti minn dan ir-Regolament li jaslu fl-ajruporti tal-Unjoni. Meta operatur tal-inġenji tal-ajru jitlob il-ħruġ ta’ tikketta skont dan is-subparagrafu, huwa għandu jitlob tali tikketta għat-titjiriet kollha tiegħu li jaslu fl-ajruporti tal-Unjoni.
|
|
Artikolu 14 3.
|
It-tikketti maħruġa skont dan l-Artikolu għandhom jiċċertifikaw il-livell ta’ prestazzjoni ambjentali ta’ titjira abbażi tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Il-livell ta’ prestazzjoni ambjentali ta’ titjira għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-prestazzjoni ambjentali medja tat-titjiriet imwettqa minn operatur tal-inġenji tal-ajru partikolari fuq rotta speċifika għall-perjodu ta’ skedar korrispondenti preċedenti skont it-tifsira tal-Artikolu 2, il-punt (d), tar-Regolament (KEE) Nru 95/93. It-tikketti maħruġa skont dan l-Artikolu għandhom jikkonsistu mill-informazzjoni li ġejja:
(a)
l-impronta tal-karbonju mistennija għal kull passiġġier, espressa f’metrika bħal f’kilogrammi ta’ CO2 għal kull passiġġier, għall-perjodu ta’ validità tat-tikketta;
(b)
l-effiċjenza mistennija tas-CO2 għal kull kilometru, espressa f’metrika bħal fi grammi ta’ CO2 għal kull passiġġier għal kull kilometru, għall-perjodu ta’ validità tat-tikketta.
|
|
Artikolu 14 4.
|
L-impronta tal-karbonju mistennija għal kull passiġġier u l-effiċjenza tas-CO2 mistennija għal kull kilometru ta’ titjira għandhom jiġu ddeterminati mill-Aġenzija abbażi ta’ metodoloġija standardizzata u bbażata fuq ix-xjenza u l-informazzjoni mill-operaturi tal-inġenji tal-ajru dwar il-fatturi kollha li ġejjin jew xi wħud minnhom:
(a)
it-tipi ta’ inġenji tal-ajru, l-għadd medju ta’ passiġġieri u tagħbijiet ta’ merkanzija ssupplimentati meta meħtieġ bi stimi ta’ dawk il-fatturi, bħall-fatturi ta’ tagħbija medja għar-rotta speċifikata għal perjodu ta’ żmien partikolari; u
(b)
il-prestazzjoni tal-fjuwil użat fuq it-titjiriet imwettqa mill-operatur tal-inġenji tal-ajru abbażi tal-użu tal-fjuwil u bl-użu ta’ metriċi bħall-ammont totali ta’ SAF ippumpjat, il-perċentwal fuq l-użu totali tal-fjuwil, il-kwalità u l-oriġini, il-kompożizzjoni u l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja mill-użu tal-fjuwil ikkalkulati għat-titjira.
|
|
Artikolu 14 5.
|
It-tikketti maħruġa skont dan l-Artikolu għandhom ikunu validi għal perjodu limitat ta’ mhux aktar minn sena speċifikat fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 11, il-punt (c). Il-perjodu ta’ validità tat-tikketta għandu jintwera b’mod ċar mill-operatur tal-inġenji tal-ajru flimkien mat-tikketta.
|
|
Artikolu 14 6.
|
L-Aġenzija għandha toħroġ tikketti fuq talba ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru għal kull titjira jew sett ta’ titjiriet operati bl-istess kondizzjonijiet, abbażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u l-metodoloġija u l-fatturi standardizzati u bbażati fuq ix-xjenza msemmija fil-paragrafu 4. L-Aġenzija tista’ titlob lill-operatur tal-inġenji tal-ajru jipprovdi informazzjoni addizzjonali meħtieġa għall-ħruġ tat-tikketta. Fejn l-operatur tal-inġenji tal-ajru ma jissottomettix l-informazzjoni kollha meħtieġa biex l-Aġenzija toħroġ it-tikketta mitluba, l-Aġenzija għandha tirrifjuta t-talba. Jista’ jitressaq appell mill-operatur tal-inġenji tal-ajru kontra d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija meħuda skont dan il-paragrafu u l-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu. Tali appell għandu jiġi ppreżentat lill-Bord tal-Appell imsemmi fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
7
) fi żmien għaxart ijiem min-notifika tad-deċiżjoni. L-Artikoli 106 u 107, l-Artikolu 108(2) u (3), u l-Artikoli 111, 112, 113 u 114 tar-Regolament (UE) 2018/1139 għandhom japplikaw. Kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Aġenzija skont dan il-paragrafu għandha tittieħed mingħajr dewmien żejjed.
|
|
Artikolu 14 7.
|
L-Aġenzija għandha teżamina perjodikament jekk ikunux inbiddlu l-fatturi li abbażi tagħhom inħarġet tikketta għal kull titjira jew sett ta’ titjiriet operati taħt l-istess kundizzjonijiet. Jekk l-Aġenzija tikkonkludi li tikketta ma għadhiex xierqa, hija għandha, wara li tagħti lill-operatur l-opportunità li jinstema’, tirrevoka t-tikketta eżistenti jew toħroġ tikketta ġdida. L-Aġenzija għandha tinforma lill-operatur tal-inġenji tal-ajru bid-deċiżjoni tagħha. L-operatur tal-inġenji tal-ajru għandu, mingħajr dewmien, jaġġusta l-mod kif tidher it-tikketta skont dan.
|
|
Artikolu 14 8.
|
L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jkunu ngħataw tikketta skont il-paragrafu 6 għandhom juru t-tikketta li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3. It-tikketta għandha tkun aċċessibbli u tinftiehem faċilment. Għandha tiġi ppreżentata b’mod li jippermetti li l-klijenti jqabblu faċilment il-prestazzjoni ambjentali tat-titjiriet operati minn operaturi differenti tal-inġenji tal-ajru li jtiru l-istess rotta. Meta operatur tal-inġenji tal-ajru juri t-tikketta f’punt tal-bejgħ jew fi kwalunkwe kuntatt ieħor mal-klijenti, huwa għandu jagħmel dan għat-titjiriet kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 14 9.
|
Sabiex jiġu ffinanzjati l-ispejjeż tas-servizz ipprovdut mill-Aġenzija, il-ħruġ ta’ tikketta fuq talba ta’ operatur tal-inġenji tal-ajru għandu jkun soġġett għall-ħlas ta’ imposta. Id-dħul iġġenerat minn tali imposti għandu jikkostitwixxi dħul ieħor skont it-tifsira tal-Artikolu 120(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139 u għandu jiġi ttrattat bħala dħul assenjat li għandu jiġi allokat mill-Aġenzija biex ikopri dawk il-kostijiet. Għandhom japplikaw l-Artikoli 126(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1139. L-ammont tal-imposta għandu jiġi definit skont l-Artikolu 126(4) tar-Regolament (UE) 2018/1139.
|
|
Artikolu 14 10.
|
Bħala parti mill-kompiti tagħha fil-qasam tal-protezzjoni ambjentali kif stipulat fl-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-Aġenzija għandha tikkontribwixxi biex iżżid l-għarfien dwar l-eżistenza tal-iskema ta’ tikkettar stabbilita b’dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 14 11.
|
Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni uniformi u l-konformità mar-regoli stipulati f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta sal-1 ta’ Jannar 2025 atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati dwar:
(a)
il-metodoloġija standardizzata u bbażata fuq ix-xjenza msemmija fil-paragrafu 4, abbażi tal-aħjar data xjentifika disponibbli, b’mod partikolari d-data pprovduta mill-Aġenzija u inkluż il-metodoloġija għall-użu tal-istimi msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (a);
(b)
il-proċedura li permezz tagħha l-operaturi tal-inġenji tal-ajru għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni rilevanti għall-ħruġ ta’ tikketta, u l-proċedura biex l-Aġenzija toħroġ dik it-tikketta, inkluż il-limitu ta’ żmien sa meta l-Aġenzija għandha tieħu deċiżjoni skont il-paragrafu 6;
(c)
it-tul ta’ żmien tal-validità tat-tikketti maħruġa skont dan l-Artikolu, ta’ mhux aktar minn sena;
(d)
il-kondizzjonijiet li taħthom l-Aġenzija għandha twettaq ir-rieżami msemmi fil-paragrafu 7;
(e)
il-proċedura msemmija fil-paragrafu 7 li permezz tagħha l-Aġenzija tista’ jew tirrevoka t-tikketti eżistenti jew toħroġ tikketta ġdida;
(f)
il-mudelli għall-wiri tat-tikketti maħruġa skont dan l-Artikolu;
(g)
l-iżgurar ta’ aċċess faċli għat-tikketti kollha maħruġa f’format li jinqara minn magna;
(h)
il-possibbiltà u l-kondizzjonijiet li taħthom l-operaturi tal-inġenji tal-ajru jistgħu juru, mingħajr ma jużaw tikketta skont dan l-Artikolu, kwalunkwe informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali simili għal dik imsemmija fil-paragrafu 3 għal titjiriet li jitilqu minn ajruporti tal-Unjoni.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(3).
|
|
Artikolu 14 12.
|
Sal-1 ta’ Lulju 2027, il-Kummissjoni għandha tidentifika u tivvaluta l-iżviluppi dwar il-funzjonament tal-iskema ta’ tikkettar stabbilita b’dan l-Artikolu kif ukoll it-titjib possibbli jew miżuri addizzjonali għal tali skema, bil-ħsieb b’mod partikolari li tiġi stabbilita skema obbligatorja ta’ tikkettar ambjentali li tinkludi l-aspetti kollha tal-prestazzjoni ambjentali ta’ titjiriet jew sett ta’ titjiriet u l-miżuri differenti ta’ dekarbonizzazzjoni li jieħdu l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, f’konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport bis-sejbiet ewlenin tal-valutazzjoni mwettqa skont dan il-paragrafu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Hija tista’, fejn xieraq, takkumpanja dak ir-rapport bi proposta leġiżlattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R2405
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|