|
+Artikolu 7 3. |
Artikolu 7 3.L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, tal-inqas għall-persuni ġuridiċi li jinżammu responsabbli skont l-Artikolu 6(1), ir-reati kriminali koperti mill-Artikolu 3(2) ikunu punibbli b’multi kriminali jew mhux kriminali, li l-ammont tagħhom għandu jkun proporzjonat għall-gravità tal-imġiba u għaċ-ċirkostanzi individwali, finanzjarji u oħrajn tal-persuna ġuridika kkonċernata. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-livell massimu ta’ tali multi ma jkunx inqas minn:
(a)
għar-reati kriminali koperti mill-Artikolu 3(2), il-punti (a) sa (l), u il-punti (p), (s), u (t):
(i)
5 % tal-fatturat dinji totali tal-persuna ġuridika, jew fis-sena finanzjarja ta’ qabel dik li fiha jkun twettaq ir-reat, jew inkella fis-sena finanzjarja ta’ qabel dik tad-deċiżjoni li tiġi imposta l-multa, jew
(ii)
ammont li jikkorrispondi għal EUR 40 000 000 ;
(b)
għar-reati kriminali koperti mill-Artikolu 3(2), il-punti (m), (n), (o), (q) u (r):
(i)
3 % tal-fatturat dinji totali tal-persuna ġuridika, jew fis-sena kummerċjali ta’ qabel dik li fiha jkun twettaq ir-reat, jew inkella fis-sena kummerċjali ta’ qabel dik tad-deċiżjoni li tiġi imposta l-multa, jew
(ii)
ammont li jikkorrispondi għal EUR 24 000 000 . L-Istati Membri jistgħu jistabbilixu regoli għall-każijiet fejn ma jkunx possibbli li l-ammont tal-multa jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-fatturat dinji totali tal-persuna ġuridika fis-sena finanzjarja ta’ qabel dik li fiha jkun twettaq ir-reat, jew fis-sena finanzjarja ta’ qabel dik tad-deċiżjoni li tiġi imposta multa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|