Artikolu 18
Mingħajr preġudizzju għall-indipendenza ġudizzjarja u d-differenzi fl-organizzazzjoni tal-ġudikatura madwar l-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jingħata taħriġ regolari speċjalizzat lill-imħallfin, lill-prosekuturi, lill-pulizija u lill-persunal ġudizzjarju u lill-persunal tal-awtoritajiet kompetenti involut fi proċedimenti u investigazzjonijiet kriminali rigward l-objettivi ta’ din id-Direttiva u xieraq għall-funzjonijiet ta’ tali mħallfin, prosekuturi, pulizija u persunal ġudizzjarju u persunal tal-awtoritajiet kompetenti.