+Artikolu 6 Il-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.
|
Artikolu 6 Il-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 6 1.
|
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex jissupplimentaw din id-Direttiva dwar l-istabbiliment u r-reviżjoni ta’qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment ta’ bini u ta’ elementi ta’ bini fl-użu tal-enerġija. Sat-30 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’bini ġdid u bini eżistenti li qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri u għal elementi ta’ bini individwali. Dawk il-livelli għandhom ikunu konformi mal-perkorsi nazzjonali stipulati fil-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999. Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jiġi stipulat skont l-Anness VII u għandu jiddistingwi bejn bini ġdid u dak eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini.
|
|
Artikolu 6 2.
|
L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija billi jużaw il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva stabbilit skont il-paragrafu 1 u parametri rilevanti, bħall-kondizzjonijiet klimatiċi u l-aċċessibbiltà prattika tal-infrastruttura tal-enerġija, u jqabblu r-riżultati ta’ dak il-kalkolu mar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija li huma fis-seħħ. Meta jiġu kkalkulati l-livelli kost-ottimali tar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-GWP tul iċ-ċiklu tal-ħajja. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data kollha mdaħħla u l-assunzjonijiet kollha użati għall-kalkoli tal-livelli kost-ottimali tar- rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija u r-riżultati ta’ dawk il-kalkoli. Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudell previst fl-Anness III tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 (
3
). L-Istati Membri għandhom jaġġornaw u jippreżentaw dawk ir-rapporti lill-Kummissjoni f’intervalli regolari, li ma għandhomx ikunu itwal minn ħames snin. L-ewwel rapport dwar il-kalkoli abbażi l-qafas tal-metodoloġija rivedut skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2028.
|
|
Artikolu 6 3.
|
Jekk ir-riżultat tal-paragun li jsir f’konformità mal-paragrafu 2 juri li r-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ fi Stat Membru huma anqas effiċjenti fl-użu tal-enerġija mill-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija b’iktar minn 15 %, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaġġusta r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ fi żmien 24 xahar mid-disponibbiltà tar-riżultati ta’ dak il-paragun.
|
|
Artikolu 6 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress li intlaħaq mill-Istati Membri rigward il-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|