+Artikolu 8 Bini eżistenti
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.

Artikolu 8 Bini eżistenti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li, meta xi bini jgħaddi minn rinnovazzjoni maġġuri, ir-rendiment tal-bini jew tal-parti minnu rinnovata fl-użu tal-enerġija tiġi aġġornata biex tissodisfa r-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti skont l-Artikolu 5 sa fejn teknikament, funzjonalment u ekonomikament vijabbli.

Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu applikati għall-bini rinovat jew l-unità tal-bini li jiġi meqjus bħala ħaġa waħda. Addizzjonalment jew alternattivament, jistgħu jiġu applikati rekwiżiti għall-elementi rinovati tal-bini.

Artikolu 8 2.
Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li, meta element tal-bini li jifforma parti mill-involukru tal-bini u li jkollu impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involukru tal-bini fl-użu tal-enerġija meta jkun ġie irranġat jew mibdul, ir-rendiment tal-element ta’ bini fl-użu tal-enerġija tissodisfa r-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija sa fejn teknikament, funzjonalment u ekonomikament vijabbli.
Artikolu 8 3.
L-Istati Membri, fir-rigward ta’ bini li jkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, għandhom iħeġġu sistemi alternattivi b’effiċjenza għolja, sa fejn teknikament, funzjonalment u ekonomikament fattibbli. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw, f’rabta ma’ bini li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, il-kwistjonijiet ta’ kwalità ambjentali interna, l-adattament għall-bidla fil-klima, is-sikurezza kontra n-nirien, riskji relatati ma’ attività siżmika qawwija, it-tneħħija ta’ sustanzi perikolużi inklużi l-asbestos u l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.