+Artikolu 10 Enerġija solari fil-bini
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
|
Artikolu 10 Enerġija solari fil-bini
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bini l-ġdid kollu jkun iddiżinjat biex jottimizza l-potenzjal tal-ġenerazzjoni tal-enerġija solari tiegħu abbażi tal-irradjanza solari tas-sit, li jippermetti l-installazzjoni kosteffikaċi sussegwenti tat-teknoloġiji solari.
|
|
Artikolu 10 2.
|
Il-proċedura tal-għoti tal-permessi għall-istallazzjoni ta’ tagħmir tal-enerġija solari stabbilita fl-Artikolu 16d tad-Direttiva (UE) 2018/2001, u l-proċedura ta’ notifika sempliċi għall-konnessjonijiet tal-grilja stabbilita fl-Artikolu 17 ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw għall-installazzjoni ta’ tagħmir tal-enerġija solari fuq il-bini.
|
|
Artikolu 10 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-użu ta’ installazzjonijiet tal-enerġija solari xierqa, jekk ikunu teknikament xierqa u ekonomikament u funzjonalment fattibbli, kif ġej:
(a)
sal-31 ta’ Diċembru 2026, fuq il-bini l-ġdid kollu pubbliku u mhux residenzjali b’erja tal-art utli akbar minn 250 m2;
(b)
fuq il-bini pubbliku eżistenti kollu b’erja ta’ art utli akbar minn:
(i)
2 000 m2, sal-31 ta’ Diċembru 2027;
(ii)
750 m2, sal-31 ta’ Diċembru 2028;
(iii)
250 m2, sal-31 ta’ Diċembru 2030;
(c)
sal-31 ta’ Diċembru 2027, fuq bini mhux residenzjali eżistenti b’erja tal-art utli akbar minn 500 m2, meta l-bini jgħaddi minn rinnovazzjoni maġġuri jew azzjoni li teħtieġ permess amministrattiv għar-rinnovazzjonijiet tal-bini, xogħlijiet fuq is-saqaf jew l-installazzjoni ta’ sistema teknika użata fil-bini;
(d)
sal-31 ta’ Diċembru 2029, fuq il-bini residenzjali ġdid kollu; u
(e)
sal-31 ta’ Diċembru 2029, fuq il-parkeġġi msaqqfa ġodda kollha fiżikament maġenb il-bini.
Fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tagħhom imsemmija fl-Artikolu 3, l-Istati Membri għandhom jinkludu politiki u miżuri fir-rigward tal-użu ta’ installazzjonijiet tal-enerġija solari xierqa fuq il-bini kollu.
|
|
Artikolu 10 4.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu, u jagħmlu pubblikament disponibbli, kriterji fil-livell nazzjonali għall-implimentazzjoni prattika tal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu, u għal eżenzjonijiet possibbli minn dawk l-obbligi għal tipi speċifiċi ta’ bini filwaqt li jqisu l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika fir-rigward tat-teknoloġiji li ma jipproduċux emissjonijiet fuq il-post u f’konformità mal-potenzjal tekniku u ekonomiku vvalutat tal-installazzjonijiet tal-enerġija solari u l-karatteristiċi tal-bini kopert minn dan l-obbligu. L-Istati Membri għandhom iqisu wkoll l-integrità strutturali, il-bjut ħodor, u l-iżolament attiku u tas-saqaf, fejn xieraq. Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan l-Artikolu u biex jitqiesu l-kwistjonijiet marbuta mal-istabbiltà tan-network tal-elettriku, l-Istati Membri għandhom jinkludu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-istabbiliment tal-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Fit-traspożizzjoni tal-obbligi stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, Stat Membru jista’ juża l-kejl tal-erja tal-art tal-pjan terran tal-bini minflok l-erja tal-art utli tal-bini, dment li l-Istat Membru juri li dan jirriżulta f’ammont ekwivalenti ta’ kapaċità installata ta’ installazzjonijiet xierqa tal-enerġija solari fuq il-bini.
|
|
Artikolu 10 5.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas li jipprovdi l-miżuri amministrattivi, tekniċi u finanzjarji meħtieġa biex jappoġġaw l-użu tal-enerġija solari fil-bini, inkluż flimkien ma’ sistemi tekniċi użati fil-bini jew sistemi effiċjenti tat-tisħin distrettwali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|