+Artikolu 11 Bini b’emissjonijiet żero
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.

Artikolu 11 Bini b’emissjonijiet żero

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
Bini b’emissjonijiet żero ma għandu jikkawża l-ebda emissjonijiet tal-karbonju fuq il-post mill-fjuwils fossili. Bini b’emissjonijiet żero għandu, meta dan ikun ekonomikament u teknikament fattibbli, joffri l-kapaċità li jirreaġixxi għas-sinjali esterni u jadatta l-użu, il-ġenerazzjoni jew il-ħżin tal-enerġija tiegħu.
Artikolu 11 2.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-domanda għall-enerġija ta’ bini b’emissjonijiet żero tikkonforma ma’ limitu massimu.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dak il-limitu massimu għad-domanda għall-enerġija ta’ bini b’emissjonijiet żero bil-ħsieb li jinkisbu mill-inqas il-livelli kostottimali stabbiliti fl-aktar rapport kostottimali nazzjonali reċenti skont l-Artikolu 6. L-Istati Membri għandhom jirrevedu l-limitu massimu kull darba li l-livelli kostottimali jiġu riveduti.

Artikolu 11 3.
Il-limitu massimu għad-domanda għall-enerġija ta’ bini b’emissjonijiet żero għandu jkun mill-inqas 10 % aktar baxx mil-limitu għall-użu totali tal-enerġija primarja stabbilit fil-livell tal-Istat Membru għal bini b’użu ta’ kważi żero enerġija fit-28 ta’ Mejju 2024.
Artikolu 11 4.
L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw il-limiti massimi għad-domanda għall-enerġija ta’ bini mingħajr emissjonijietgħall-bini rinnovat, filwaqt li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rispettivi dwar il-kostottimalità, u, fejn ikunu ġew stabbiliti l-limiti għall-bini rinnovat b’użu ta’ kważi żero enerġija, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 3.
Artikolu 11 5.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operazzjonali ta’ bini b’emissjonijiet żero jikkonformaw ma’ livelli limitu massimi stabbiliti fil-livell tal-Istat Membru fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tagħhom. Dak il-limitu massimu jista’ jiġi stabbilit f’livelli differenti għal bini ġdid u rinnovat.
Artikolu 11 6.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-limiti massimi tagħhom, inkluż deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-kalkolu għal kull tip ta’ bini u d-deżonjazzjoni tal-klima ta’ barra rilevanti, f’konformità mal-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-limiti massimi u tirrakkomanda l-adattament tagħhom fejn xieraq.
Artikolu 11 7.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu annwali totali tal-enerġija primarja ta’ bini ġdid jew rinnovat b’emissjonijiet żero jkun kopert minn:

(a) 

enerġija minn sorsi rinnovabbli ġġenerata fuq il-post jew fil-qrib, li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(b) 

enerġija minn sorsi rinnovabbli pprovduta minn komunità tal-enerġija rinnovabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2018/2001;

(c) 

enerġija minn sistema effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali f’konformità mal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva (UE) 2023/1791; jew

(d) 

enerġija minn sorsi ħielsa mill-karbonju.

Fejn ma jkunx teknikament jew ekonomikament fattibbli li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu, l-użu annwali totali tal-enerġija primarja jista’ jkun kopert ukoll minn enerġija oħra mill-grilja li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-livell nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.