+Artikolu 12 Passaport ta’ rinnovazzjoni
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.
|
Artikolu 12 Passaport ta’ rinnovazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Sad-29 ta’ Mejju 2026, l-Istati Membri għandhom jintroduċu skema ta’ passaporti ta’ rinnovazzjoni bbażata fuq il-qafas komuni stipulat fl-Anness VIII.
|
|
Artikolu 12 2.
|
L-iskema msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ta’ użu volontarju mis-sidien tal-bini u tal-unitajiet tal-bini, sakemm l-Istat Membru ma jiddeċidix li jagħmilha obbligatorja. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-passaporti ta’ rinnovazzjoni jkunu affordabbli u għandhom jikkunsidraw jekk jipprovdux appoġġ finanzjarju lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli li jixtiequ jirrinnovaw il-bini tagħhom.
|
|
Artikolu 12 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-passaport ta’ rinnovazzjoni jitfassal u jinħareġ b’mod konġunt maċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Il-passaport ta’ rinnovazzjoni għandu jinħareġ f’format diġitali adattat għall-istampar minn espert kwalifikat jew iċċertifikat, wara żjara fuq il-post.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Meta jinħareġ il-passaport ta’ rinnovazzjoni, għandha tiġi ssuġġerita lil sid il-bini diskussjoni mal-espert imsemmi fil-paragrafu 4 biex l-espert ikun jista’ jispjega l-aħjar passi li bihom il-bini jiġi ttrasformat f’bini b’emissjonijiet żero ferm qabel l-2050.
|
|
Artikolu 12 6.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu għodda diġitali ddedikata li permezz tagħha jħejju u, fejn hu xieraq, jaġġornaw il-passaport ta’ rinnovazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw għodda komplementari li tippermetti lis-sidien tal-bini u lill-maniġers tal-bini jissimulaw abbozz ta’ passaport ta’ rinnovazzjoni simplifikat u li jaġġornah ladarba sseħħ rinnovazzjoni jew jiġi sostitwit element tal-bini.
|
|
Artikolu 12 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-passaport ta’ rinnovazzjoni jkun jista’ jittella’ fil-bażi ta’ data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija imwaqqaf skont l-Artikolu 22.
|
|
Artikolu 12 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-passaport ta’ rinnovazzjoni jinħażen fir-reġistru diġitali tal-bini, jew ikun jista’ jiġi aċċessat permezz tiegħu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|