+Artikolu 16 Skambju ta’ data
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
---+Artikolu 16 5.

Artikolu 16 Skambju ta’ data

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 16 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sidien, l-inkwilini u l-maniġers tal-bini jista’ jkollhom aċċess dirett għad-data tas-sistemi tal-bini tagħhom. Bil-kunsens tagħhom, l-aċċess jew id-data għandhom ikunu disponibbli għal parti terza, soġġetti għar-regoli applikabbli u ftehimiet eżistenti. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-interoperabbiltà sħiħa tas-servizzi u tal-iskambju tad-data fl-Unjoni skont il-paragrafu 5.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-data dwar is-sistemi tal-bini għandha tinkludi mill-inqas id-data kollha disponibbli faċilment relatata mar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-elementi tal-bini, ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-servizzi tal-bini, it-tul tal-ħajja projettat tas-sistemi tat-tisħin, fejn disponibbli, is-sistemi tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, il-miters, l-apparati tal-kejl u tal-kontroll u l-punti tal-irriċarġjar għall-elettromobbiltà u tkun ikkollegata, fejn disponibbli, mar-reġistru diġitali tal-bini.

Artikolu 16 2.
Meta jistabbilixxu r-regoli dwar il-ġestjoni u l-iskambju tad-data, filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali u l-format ta’ ġestjoni għall-iskambju tad-data, l-Istati Membri jew, fejn Stat Membru jkun ippreveda dan, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli tal-Unjoni. Ir-regoli dwar l-aċċess u kwalunkwe ħlas ma għandhomx jikkostitwixxu ostaklu jew joħolqu diskriminazzjoni għal partijiet terzi biex jaċċessaw id-data dwar is-sistemi tal-bini.
Artikolu 16 3.
L-ebda kost addizzjonali ma għandu jiġi ddebitat lis-sid, lill-inkwilin jew lill-maniġer tal-bini għall-aċċess għad-data tagħhom jew għal talba biex id-data tagħhom tkun disponibbli għal parti terza soġġetta għar-regoli applikabbli u l-ftehimiet eżistenti. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jistabbilixxu t-tariffi rilevanti għall-aċċess għad-data minn partijiet eliġibbli oħra bħal istituzzjonijiet finanzjarji, aggregaturi, fornituri tal-enerġija, fornituri tas-servizzi tal-enerġija u istituti nazzjonali tal-istatistika jew awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea. L-Istati Membri jew, fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jiżguraw li kwalunkwe ħlas impost minn entitajiet regolati li jipprovdu servizzi tad-data jkun raġonevoli u debitament ġustifikat. L-Istati Membri għandhom jinċentivaw il-kondiviżjoni tad-data dwar is-sistemi tal-bini rilevanti.
Artikolu 16 4.
Ir-regoli dwar l-aċċess għad-data u l-ħżin tad-data għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. L-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas ta’ din id-Direttiva għandu jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ).
Artikolu 16 5.
Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu dettalji dwar ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà u l-proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).

Il-Kummissjoni għandha toħroġ strateġija ta’ konsultazzjoni li tistabbilixxi objettivi tal-konsultazzjoni, il-partijiet ikkonċernati fil-mira u l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni għall-iżvilupp tal-atti ta’ implimentazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.