+Artikolu 17 14.

Artikolu 17 14.

B’kunsiderazzjoni xierqa għad-djar vulnerabbli, i-Istati Membri għandhom jorbtu l-miżuri finanzjarji tagħhom għal titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fir-rinnovazzjoni ta’ bini mal-iffrankar u t-titjib fl-enerġija mmirati u miksuba, kif determinat bi kriterju wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a) 

ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ‘tat-tagħmir jew tal-materjal użat għar-rinnovazzjoni u t-tnaqqis relatat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra; f’liema każ, it-tagħmir jew il-materjal użat għar-rinnovazzjoni għandu jiġi installat minn installatur bil-livell rilevanti ta’ ċertifikazzjoni jew kwalifika u għandu jikkonforma tal-inqas mar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija għal elementi tal-bini jew mal-valuri ta’ referenza ogħla għal rendiment imtejjeb fl-użu tal-enerġija tal-bini;

(b) 

valuri standard għall-kalkolu ta’ ffrankar fl-enerġija u ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-bini;

(c) 

it-titjib miksub minħabba din ir-rinnovazzjoni billi jqabblu ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa qabel u wara r-rinnovazzjoni;

(d) 

ir-riżultati ta’ verifika tal-enerġija;

(e) 

ir-riżultati ta’ metodu ieħor rilevanti, trasparenti u proporzjonat li jindika t-titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija, pereżempju billi jitqabbel il-konsum fl-użu tal-enerġija qabel u wara r-rinnovazzjoni b’sistemi ta’ miters, dment li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.