+Artikolu 17 Inċentivi finanzjarji, ħiliet u ostakli għas-suq
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.
---+Artikolu 17 9.
---+Artikolu 17 10.
---+Artikolu 17 11.
---+Artikolu 17 12.
---+Artikolu 17 13.
---+Artikolu 17 14.
---+Artikolu 17 15.
---+Artikolu 17 16.
---+Artikolu 17 17.
---+Artikolu 17 18.
---+Artikolu 17 19.
|
Artikolu 17 Inċentivi finanzjarji, ħiliet u ostakli għas-suq
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu finanzjament xieraq, miżuri ta’ appoġġ u strumenti oħra li kapaċi jindirizzaw l-ostakli tas-suq sabiex jitwettqu l-investimenti meħtieġa identifikati fil-pjan nazzjonali tagħhom ta’ rinnovazzjoni tal-bini biex jittrasformaw l-istokk tal-bini tagħhom f’bini b’emissjonijiet żero sal-2050.
|
|
Artikolu 17 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni u l-proċeduri għall-finanzjament pubbliku ikunu sempliċi u ssimplifikati sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament speċjalment għall-unitajiet domestiċi.
|
|
Artikolu 17 3.
|
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw, u fejn xieraq, jindirizzaw l-ostakli relatati mal-kostijiet bil-quddiem tar-rinnovazzjonijiet.
|
|
Artikolu 17 4.
|
Meta jfasslu skemi ta’ appoġġ finanzjarju għar-rinnovazzjoni tal-bini, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw jekk jużawx parametri bbażati fuq l-introjtu. L-Istati Membri jistgħu jużaw il-fondi nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika, fejn dawn il-fondi huma stabbiliti skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2023/1791, biex jiffinanzjaw skemi u programmi ddedikati għar-rinnovazzjonijiet marbuta mar-rendiment fl-użu tal-enerġija.
|
|
Artikolu 17 5.
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri regolatorji xierqa biex ineħħu l-ostakli mhux ekonomiċi għar-rinnovazzjoni tal-bini. Fir-rigward ta’ bini b’aktar minn unità ta’ bini waħda, tali miżuri jistgħu jinkludu t-tneħħija ta’ rekwiżiti ta’ unanimità fi strutturi ta’ sjieda konġunta, jew li jippermettu li strutturi ta’ sjieda konġunta jkunu riċevituri diretti ta’ appoġġ finanzjarju.
|
|
Artikolu 17 6.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu kosteffettiv tal-finanzjament nazzjonali u l-finanzjament disponibbli stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Soċjali għall-Klima, il-Fond ta’ Koeżjoni, InvestEU, id-dħul mill-irkant mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
5
). u sorsi oħra ta’ finanzjament pubbliku. Dawk is-sorsi ta’ finanzjament għandhom jintużaw b’mod konsistenti ma’ perkors biex jinkiseb stokk tal-bini b’emissjonijiet żero sal-2050.
|
|
Artikolu 17 7.
|
Biex jappoġġaw il-mobilizzazzjoni tal-investimenti, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-iżvilupp u l-użu effettivi ta’ finanzjament u għodod finanzjarji abilitanti, bħal self għall-effiċjenza enerġetika u ipoteki għar-rinnovazzjoni tal-bini, kuntrattar għar-rendiment fl-użu tal-enerġija, skemi finanzjarji “ħallas waqt li tiffranka”, inċentivi fiskali, pereżempju rati tat-taxxi mnaqqsa fuq ix-xogħlijiet u l-materjali ta’ rinnovazzjoni, skemi fuq it-taxxa, fondi ta’ garanzija, fondi mmirati lejn rinnovazzjonijiet profondi, fondi mmirati lejn rinnovazzjonijiet b’limitu minimu sinifikanti ta’ ffrankar tal-enerġija mmirat u standards tal-portafoll ipotekarju. Huma għandhom jiggwidaw l-investimenti fi stokk ta’ bini pubbliku effiċjenti fl-użu tal-enerġija, f’konformità mal-gwida tal-Eurostat dwar ir-reġistrazzjoni tal-Ikkuntrattar għall-prestazzjoni tal-enerġija fil-kontijiet tal-gvern. L-Istati Membri jistgħu wkoll jippromwovu u jissimplifikaw l-użu ta’ sħubijiet pubbliċi-privati.
|
|
Artikolu 17 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-finanzjament u l-għodod finanzjarji disponibbli tkun għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b’mod faċilment aċċessibbli u trasparenti, inkluż b’mezzi diġitali.
|
|
Artikolu 17 9.
|
Il-finanzjament u l-għodod finanzjarji abilitanti jistgħu jinkludu self għar-rinnovazzjoni jew fondi ta’ garanzija għal rinnovazzjonijiet għar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż flimkien ma’ programmi rilevanti tal-Unjoni, fejn applikabbli.
|
|
Artikolu 17 10.
|
Sad-29 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 32 li jissupplimenta din id-Direttiva permezz tatal-istabbiliment qafas ta’ portafoll komprensiv għall-użu volontarju mill-istituzzjonijiet finanzjarji li jappoġġa lill-mutwanti biex jimmiraw u jżidu l-volumi ta’ self ipprovduti f’konformità mal-ambizzjoni ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni u l-miri rilevanti tal-enerġija, sabiex tinkoraġġixxi b’mod effettiv lill-istituzzjonijiet finanzjarji jżidu l-volumi previsti għar-rinnovazzjonijiet għar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-azzjonijiet stipulati f’dan il-qafas għandhom ikopru żieda fil-volumi ta’ self għar-rinnovazzjonijiet enerġetiċi u għandhom jinkludu salvagwardji ssuġġeriti għall-protezzjoni tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ finanzjament imħallat. Il-qafas għandu jiddeskrivi l-aħjar prattiki biex iħeġġeġ lis-selliefa jidentifikaw u jaġixxu fuq il-bini bl-agħar rendiment fil-portafolli tagħhom.
|
|
Artikolu 17 11.
|
L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aggregazzjoni ta’ proġetti biex jippermettu l-aċċess tal-investituri kif ukoll soluzzjonijiet aggregati għal klijenti potenzjali. L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li jippromwovu prodotti ta’ self għar-rinnovazzjoni tal-bini, bħal ipoteki ekoloġiċi u self ekoloġiku, garantiti u mhux garantiti, u jiżguraw li dawn jiġu offruti b’mod wiesa’ u nondiskriminatorju mill-istituzzjonijiet finanzjarji u, ikunu viżibbli u aċċessibbli għall-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji u investituri oħra jirċievu informazzjoni dwar opportunitajiet biex jipparteċipaw fil-finanzjament tat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini.
|
|
Artikolu 17 12.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri u finanzjament biex jippromwovu l-edukazzjoni u t-taħriġ bil-ħsieb li jiżguraw li jkun hemm biżżejjed forza tax-xogħol bil-livell xieraq ta’ ħiliet li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet fis-settur tal-bini, speċjalment li jkollhom fil-mira l-SMEs, inkluż il-mikrointrapriżi, kif xieraq. Punti uniċi ta’ servizz stabbiliti skont l-Artikolu 18 jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess għal tali miżuri u finanzjament.
|
|
Artikolu 17 13.
|
Il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, u fuq talba, tassisti lill-Istati Membri fl-iffissar ta’ programmi ta’ appoġġ finanzjarju nazzjonali jew reġjonali bil-għan li jiżdied ir-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-bini, speċjalment f’bini eżistenti, inkluż billi tappoġġa l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali responsabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali programmi jiġu żviluppati b’mod li jkunu aċċessibbli għal organizzazzjonijiet b’kapaċitajiet amministrattivi, finanzjarji u organizzattivi aktar baxxi.
|
|
Artikolu 17 14.
|
B’kunsiderazzjoni xierqa għad-djar vulnerabbli, i-Istati Membri għandhom jorbtu l-miżuri finanzjarji tagħhom għal titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fir-rinnovazzjoni ta’ bini mal-iffrankar u t-titjib fl-enerġija mmirati u miksuba, kif determinat bi kriterju wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:
(a)
ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ‘tat-tagħmir jew tal-materjal użat għar-rinnovazzjoni u t-tnaqqis relatat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra; f’liema każ, it-tagħmir jew il-materjal użat għar-rinnovazzjoni għandu jiġi installat minn installatur bil-livell rilevanti ta’ ċertifikazzjoni jew kwalifika u għandu jikkonforma tal-inqas mar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija għal elementi tal-bini jew mal-valuri ta’ referenza ogħla għal rendiment imtejjeb fl-użu tal-enerġija tal-bini;
(b)
valuri standard għall-kalkolu ta’ ffrankar fl-enerġija u ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra fil-bini;
(c)
it-titjib miksub minħabba din ir-rinnovazzjoni billi jqabblu ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa qabel u wara r-rinnovazzjoni;
(d)
ir-riżultati ta’ verifika tal-enerġija;
(e)
ir-riżultati ta’ metodu ieħor rilevanti, trasparenti u proporzjonat li jindika t-titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija, pereżempju billi jitqabbel il-konsum fl-użu tal-enerġija qabel u wara r-rinnovazzjoni b’sistemi ta’ miters, dment li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I.
|
|
Artikolu 17 15.
|
Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-Istati Membri ma għandhom jipprovdu l-ebda inċentiv finanzjarju għall-installazzjoni ta’ bojlers awtonomi li jaħdmu bil-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni ta’ dawk magħżula għall-investiment, qabel l-2025, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/241, l-Artikolu 7(1), il-punt (h)(i) it-tielet inċiż, tar-Regolament (UE) 2021/1058u mal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
).
|
|
Artikolu 17 16.
|
L-Istati Membri għandhom jinċentivaw rinnovazzjoni profonda u rinnovazzjoni profonda fi stadji b’appoġġ finanzjarju, fiskali, amministrattiv u tekniku ogħla. Fejn ma jkunx teknikament jew ekonomikament fattibbli li bini jiġi ttrasformat f’bini b’emissjonijiet żero, rinnovazzjoni li tirriżulta fi tnaqqis ta’ mill-inqas 60 % fl-użu tal-enerġija primarja għandha titqies li hija rinnovazzjoni profonda għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri għandhom jinċentivaw programmi mdaqqsa li jindirizzaw għadd kbir ta’ bini, b’mod partikolari l-bini bl-agħar rendiment, pereżempju permezz ta’ programmi integrati ta’ rinnovazzjoni distrettwali, u li jirriżultaw fi tnaqqis ġenerali ta’ mill-inqas 30 % tal-użu tal-enerġija primarja b’appoġġ finanzjarju, fiskali, amministrattiv u tekniku ogħla, skont il-livell ta’ rendiment miksub.
|
|
Artikolu 17 17.
|
Mingħajr preġudizzju għall-politiki ekonomiċi u soċjali nazzjonali tagħhom u għas-sistemi tal-liġi tal-proprjetà tagħhom, l-Istati Membri għandhom jindirizzaw l-iżgumbrament ta’ unitajiet domestiċi vulnerabbli kkawżat minn żidiet sproporzjonati fil-kera wara r-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini jew tal-unità residenzjali fil-binitagħhom.
|
|
Artikolu 17 18.
|
L-inċentivi finanzjarji għandhom ikollhom fil-mira, bħala prijorità, l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u l-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, f’konformità mal-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2023/1791.
|
|
Artikolu 17 19.
|
Meta jipprovdu inċentivi finanzjarji lis-sidien ta’ bini jew unitajiet ta’ bini għar-rinnovazzjoni ta’ bini mikri jew unitajiet ta’ bini, l-Istati Membri għandhom jimmiraw lejn l-inċentivi finanzjarji li jkunu ta’ benefiċċju kemm għas-sidien kif ukoll għall-inkwilini. L-Istati Membri għandhom jintroduċu salvagwardji effettivi, biex jipproteġu b’mod partikolari lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, inkluż billi jipprovdu appoġġ għall-kera jew billi jimponu limiti massimi fuq iż-żidiet fil-kera, u jistgħu jinċentivaw skemi finanzjarji li jindirizzaw il-kostijiet bil-quddiem tar-rinnovazzjonijiet, bħal skemi fuq il-kont, skemi ħallas waqt li tiffranka (“pay-as-you-save”) jew kuntratti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija, kif imsemmi fil-punt (33) tal-Artikolu 2, u l-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2023/1791.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|