+Artikolu 18 Punti uniċi ta’ servizz għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.

Artikolu 18 Punti uniċi ta’ servizz għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, u fejn xieraq, mal-partijiet ikkonċernati privati, l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ faċilitajiet ta’ assistenza teknika, inkluż permezz ta’ punti uniċi ta’ servizz inklużivi għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, immirati lejn l-atturi kollha involuti fir-rinnovazzjonijiet tal-bini, inter alia, is-sidien tad-djar u l-atturi amministrattivi, finanzjarji u ekonomiċi, bħall-SMEs, inkluż il-mikrointrapriżi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-faċilitajiet ta’ assistenza teknika jkunu disponibbli fit-territorju kollu tagħhom billi jistabbilixxu mill-inqas punt uniku ta’ servizz wieħed:

(a) 

għal kull 80 000 abitant;

(b) 

għal kull reġjun;

(c) 

f’żoni fejn l-età medja tal-istokk tal-bini hija ogħla mill-medja nazzjonali;

(d) 

f’żoni fejn l-Istati Membri għandhom l-intenzjoni li jimplimentaw programmi integrati ta’ rinnovazzjoni distrettwali; jew

(e) 

f’post li jista’ jintlaħaq f’inqas minn 90 minuta ta’ ħin medju tal-ivvjaġġar, abbażi tal-mezzi tat-trasport li jkunu disponibbli lokalment.

L-Istati Membri jistgħu jaħtru l-punti uniċi ta’ servizz stabbiliti skont l-Artikolu 22(3), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2023/1791 bħala punti uniċi ta’ servizz għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi linji gwida biex tistabbilixxi dawk il punti uniċi ta’ servizz f’konformità mal-Artikolu 22(6) tad-Direttiva (UE) 2023/1791.

Artikolu 18 2.

Il-faċilitajiet ta’ assistenza teknika stabbiliti skont il-paragrafu 1 għandhom:

(a) 

jipprovdu informazzjoni simplifikata dwar possibbiltajiet u soluzzjonijiet tekniċi u finanzjarji lill-unitajiet domestiċi, l-SMEs, inkluż il-mikrointrapriżi u l-korpi pubbliċi;

(b) 

jipprovdu appoġġ olistiku lill-unitajiet domestiċi kollha, b’fokus partikolari fuq l-unitajiet domestiċi affettwati mill-faqar enerġetiku u fuq l-bini bl-agħar rendiment, kif ukoll lill-kumpaniji akkreditati u lill-installaturi li jipprovdu servizzi ta’ modifika retroattiva, adattat għal tipoloġiji ta’ akkomodazzjoni u skop ġeografiku differenti u jipprovdu appoġġ li jkopri l-istadji differenti tal-proġett ta’ modifika retroattiva.

Artikolu 18 3.

Il-punti uniċi ta’ servizz stabbiliti skont il-paragrafu 1 għandhom:

(a) 

jipprovdu pariri indipendenti dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u jistgħu jakkumpanjaw programmi integrati ta’ rinnovazzjoni distrettwali;

(b) 

joffru servizzi ddedikati għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u l-persuni f’unitajiet domestiċi b’introjtu baxx.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.