+Artikolu 22 Bażijiet tad-data għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 2.
---+Artikolu 22 3.
---+Artikolu 22 4.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
|
Artikolu 22 Bażijiet tad-data għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi bażi tad-data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li tippermetti li tinġabar data dwar ir-rendiment tal-bini individwali fl-użu tal-enerġija u dwar ir-rendiment ġenerali tal-istokk tal-bini nazzjonali fl-użu tal-enerġija. Tali bażijiet tad-data jistgħu jikkonsistu f’sett ta’ bażijiet tad-data interkonnessi. Il-bażi tad-data għandha tippermetti li tinġabar data mis-sorsi rilevanti kollha relatati maċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-ispezzjonijiet, il-passaport tar-rinnovazzjoni tal-bini, l-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza u l-konsum tal-enerġija kkalkulat jew immetrat tal-bini kopert. Sabiex tiġi arrikkita l-bażi tad-data, jistgħu jinġabru wkoll tipoloġiji tal-bini. Tista’ wkoll tinġabar u tinħażen data kemm fuq l-emissjonijiet operattivi u dawk integrati kif ukoll fuq il-GWP ġenerali taċ-ċiklu tal-ħajja.
|
|
Artikolu 22 2.
|
Id-data aggregata u anonimizzata tal-istokk tal-bini għandha ssir disponibbli għall-pubbliku, f’konformità mar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data. Id-data maħżuna għandha tkun tista’ tinqara mill-magni u tkun aċċessibbli permezz ta’ interfaċċa diġitali xierqa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess faċli u mingħajr ħlas għaċ-ċertifikat sħiħ tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għas-sidien, l-inkwilini u l-maniġers tal-bini u għall-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-bini fil-portafolji ta’ investiment u ta’ self, u, wara l-permess mis-sid, għall-esperti indipendenti wkoll. Għall-bini offrut għall-kiri jew għall-bejgħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għaċ-ċertifikat sħiħ tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal kerrejja jew xerrejja prospettivi li jkunu ġew awtorizzati minn sid il-bini.
|
|
Artikolu 22 3.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet lokali jkollhom aċċess għad-data rilevanti dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija fit-territorju tagħhom kif meħtieġ biex jiffaċilitaw l-abbozzar tal-pjanijiet ta’ tisħin u tkessiħ u jinkludu sistemi operattivi ta’ informazzjoni ġeografika u l-bażijiet ta’ data relatati, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-awtoritajiet lokali biex jiksbu r-riżorsi meħtieġa għall-ġestjoni tad-data u l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 22 4.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar is-sehem tal-bini fl-istokk tal-bini nazzjonali kopert miċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u d-data aggregata jew anonimizzata dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, inkluż il-konsum tal-enerġija, u, fejn disponibbli, il-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini kopert. L-informazzjoni pubblika għandha tiġi aġġornata mill-inqas darbtejn fis-sena. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni anonimizzata jew aggregata disponibbli għall-pubbliku u għall-istituzzjonijiet ta’ riċerka bħall-istituti nazzjonali tal-istatistika, fuq talba.
|
|
Artikolu 22 5.
|
Mill-inqas darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasferiment tal-informazzjoni fil-bażi tad-data nazzjonali lill-Osservatorju tal-Istokk tal-Bini tal-UE. L-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu l-informazzjoni b’mod aktar frekwenti.
|
|
Artikolu 22 6.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi mudelli komuni għat-trasferiment tal-informazzjoni lill-Osservatorju tal-Istokk tal-Bini tal-UE. L-ewwel tali att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat sat-30 ta’ Ġunju 2025. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 33(3).
|
|
Artikolu 22 7.
|
Biex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bażi tad-data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija tkun interoperabbli u integrata ma’ bażijiet tad-data amministrattivi oħra li jkun fihom informazzjoni dwar il-bini, bħall-katast jew ir-reġistru tal-artijiet tal-bini nazzjonali u r-reġistri diġitali tal-bini.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|