+Artikolu 23 4.

Artikolu 23 4.

L-ispezzjoni għandha tinkludi l-valutazzjoni tal-ġeneratur jew tal-ġeneraturi, tal-pompi taċ-ċirkolazzjoni, u fejn xieraq, tal-komponenti tas-sistemi ta’ ventilazzjoni, tas-sistemi ta’ distribuzzjoni tal-arja u l-ilma, tas-sistemi tal-ibbilanċjar idroniku u tas-sistemi ta’ kontroll. L-Istati Membri jistgħu jinkludu fl-iskemi ta’ spezzjoni kwalunkwe sistema ta’ bini addizzjonali identifikata fl-Anness I.

L-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza u tad-dimensjonament tal-ġeneratur jew tal-ġeneraturi tas-sħana u tat-tkessiħ u tal-komponenti ewlenin tiegħu/tagħhom meta mqabbel mar-rekwiżiti tal-bini u għandha tikkunsidra l-kapaċitajiet tas-sistema biex tottimizza r-rendiment tagħha f’kondizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji, bl-użu ta’ teknoloġiji disponibbli għall-iffrankar tal-enerġija, u f’kundizzjonijiet li jinbidlu minħabba l-varjazzjoni fl-użu. Fejn rilevanti, l-ispezzjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tas-sistema li topera f’settings tat-temperatura differenti u aktar effiċjenti, bħal f’temperatura baxxa għas-sistemi tat-tisħin ibbażati fuq l-ilma, inkluż permezz tad-disinn ta’ output tal-enerġija termali u rekwiżiti tat-temperatura u l-fluss, filwaqt li tiżgura t-tħaddim sikur tas-sistema. L-ispezzjoni għandha, fejn rilevanti, tinkludi valutazzjoni bażika tal-fattibbiltà li jitnaqqas l-użu tal-fjuwils fossili fuq il-post, pereżempju billi tiġi integrata l-enerġija rinnovabbli, jinbidel is-sors tal-enerġija jew jiġu sostitwiti jew aġġustati s-sistemi eżistenti.

Fejn tkun installata sistema ta’ ventilazzjoni, għandhom jiġu vvalutati wkoll id-daqs u l-kapaċitajiet tagħha li tottimizza r-rendiment tagħha f’kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji rilevanti għall-użu speċifiku u attwali tal-bini.

Fejn ma jkun sar l-ebda tibdil fis-sistema jew fir-rigward tar-rekwiżiti tal-bini wara li tkun saret spezzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jirrikjedux li l-valutazzjoni tad-dimensjonament tal-komponent ewlieni jew li l-valutazzjoni tal-operazzjoni f’temperaturi differenti tiġi ripetuta.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1275
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.