|
+Artikolu 28 Rieżami |
Artikolu 28 RieżamiArtikolu 28 Rieżami Il-Kummissjoni, assistita mill- -Kumitat imsemmi fl- Artikolu 33, għandha teżamina din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2028 fid-dawl tal-esperjenza miksuba u l-progress magħmul matul l-applikazzjoni tagħha, u, jekk ikun neċessarju, tagħmel proposti. Bħala parti minn dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva flimkien ma strumenti leġiżlattivi oħra li jindirizzaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini, partikolarment permezz tal-ipprezzar tal-karbonju, iwasslu għal biżżejjed progress lejn il-ksib ta’ stokk tal-bini b’emissjonijiet żero, kompletament dekarbonizzat sal-2050, jew jekk jeħtieġx li jiġu introdotti aktar miżuri vinkolanti fil-livell tal-Unjoni, partikolarment standards mandatorji minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-istokk kollu tal-bini, inkluż sabiex jiġi żgurat li l-valuri għall-2030 u l-2035 stabbiliti fl-Artikolu 9(2) ikunu jistgħu jintlaħqu. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-pjanijiet direzzjonali nazzjonali u b’mod partikolari l-valuri limitu ppjanati għall-GWP taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid skont l-Artikolu 7(4) u għandha tikkunsidra jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali li jippromwovu ambjent mibni sostenibbli. Il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll b’liema mod l-Istati Membri jistgħu japplikaw approċċi integrati ta’ distrettwalità jew ta’ viċinaza fil-politika tal-Unjoni dwar il-bini u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jiżguraw li kull bini jissodisfa r-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija, pereżempju permezz ta’ pjanijiet integrati ta’ rinnovazzjoni uskemi ta’ rinnovazzjoni ġenerali li japplikaw għal numru ta’ bini f’kuntest ta’ żona minflok għal bini uniku. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll jekk indikaturi alternattivi, bħall-użu finali tal-enerġija u l-ħtiġijiet tal-enerġija jkunux aktar adatti għall-finijiet tal-Anness I. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|